EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0379

Kawża C-379/12 P: Appell ippreżentat fis- 7 ta’ Awwissu 2012 minn Arav Holding S.r.l mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fid- 19 ta’ Ġunju 2012 fil-Kawża T-557/10, H.Eich vs UASI — Arav (H.EICH)

ĠU C 303, 6.10.2012, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/19


Appell ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2012 minn Arav Holding S.r.l mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fid-19 ta’ Ġunju 2012 fil-Kawża T-557/10, H.Eich vs UASI — Arav (H.EICH)

(Kawża C-379/12 P)

2012/C 303/33

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Arav Holding Srl (rappreżentant: R. Bocchini, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: H. Eich Srl, UASI (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-appellanti

Tannulla fl-intier tagħha s-sentenza tad-19 ta’ Ġunju 2012 tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea u, konsegwentement, tikkonferma d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Settembru 2010, minħabba l-fatt li hija tapplika u tosserva kif suppost ir-Regolament tal-RTMK (1), b’mod partikolari l-Artikolu 8(1)(b) tiegħu.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz tal-appell tagħha, il-kumpannija Arav Holding S.r.l tikkuntesta s-sentenza tal-Qorti Ġenerali għal żewġ raġunijiet.

Fl-ewwel lok, hija tilmenta talli x-xebh grafiku, fonetiku u kunċettwali bejn, minn naħa, it-trade mark figurattiva nazzjonali Taljana “H SILVIAN HEACH” u t-trade mark figurattiva internazzjonali “H SILVIAN HEACH” u min-naħa l-oħra, it-trade mark H.EICH, ma ġiex rikonoxxut. Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta identifikat l-element li jikkostitwixxi l-qalba tat-trade mark, jiġifieri l-kunjom u mhux l-isem. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-valur dgħajjef tal-użu tal-punt, ta’ daqs verament minimu meta mqabbel mad-daqs tal-ittri, mingħajr ma kienet ġiet kkunsidrata n-natura “b’saħħitha” tat-trade mark preċedenti.

Fit-tieni lok, il-kumpannija Arav Holding S.r.l tikkritika lill-Qorti Ġenerali talli ma rrikonoxxietx il-probabbiltà ta’ konfużjoni globali bejn it-trade marks, li toħroġ kemm mix-xebh bejn it-trade marks kif ukoll mix-xebh fl-użu li jsir minnhom.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17,Vol. 1, p. 146).


Top