EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0370

Kawża C-370/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fit- 3 ta’ Awissu 2012 — Thomas Pringle vs Government of Ireland, Ireland u l-Attorney General

ĠU C 303, 6.10.2012, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fit-3 ta’ Awissu 2012 — Thomas Pringle vs Government of Ireland, Ireland u l-Attorney General

(Kawża C-370/12)

2012/C 303/31

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Thomas Pringle

Konvenuti: Government of Ireland, Ireland u l-Attorney General

Domandi preliminari

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2011/199/UE, tal-25 ta’ Marzu 2011 (1), hija valida:

jekk jiġi kkunsidrat l-użu tal-proċeduri ta’ reviżjoni simplifikata skont l-Artikolu 48(6) TUE u, b’mod partikolari, il-punt dwar jekk l-emenda proposta għall-Artikolu 136 TFUE tinvolvix żieda fil-kompetenzi mogħtija lill-Unjoni fit-Trattati;

jekk jiġi kkunsidrat il-kontenut tal-emenda proposta u, b’mod partikolari il-punt dwar jekk tinvolvix xi ksur tat-Trattati jew tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni.

(2)

Wara li jiġu kkunsidrati

l-Artikoli 2 u 3 TUE u d-dispożizzjonijiet tat-Titolu VIII tat-Tielet Parti TFUE, u b’mod partikolari l-Artikoli 119, 120, 121, 122, 123, 125, 126, u 127 TFUE;

il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni fil-politika monetarja kif tirriżulta fl-Artikolu 3(1)(ċ) TFUE u fil-konklużjoni ta’ ftehim internazzjonali li jaqaw fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 3(2) TFUE;

il-kompetenza tal-Unjoni fil-koordinament tal-politika ekonomika, skont l-Artikolu 2(3) TFUE u t-Titolu VIII tat-Tielet Parti TFUE;

is-setgħat u l-funzjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni skont prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 13 TFUE;

il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE;

il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni inkluż b’mod partikolari l-prinċipju ġenerali tal-protezzjoni ġudizzjarja effettiva u d-dritt għal rimedju effettiv kif ipprovdut taħt l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali;

Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, li l-munita tiegħu hija l-ewro, għandu d-dritt li jikkonkludi, u jirratifika ftehim internazzjonali bħalma huwa t-Trattat MES?

(3)

Jekk id-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew titqies valida, id-dritt ta’ Stat Membru li jikkonkludi, u jirratifika ftehim internazzjonali bħalma huwa t-Trattat MES huwa suġġett għad-dħul fis-seħħ ta’ din id-deċiżjoni?


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2011/199/UE, tal-25 ta’ Marzu 2011, li temenda l-Artikolu 136 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ mekkaniżmu ta’ stabbiltà għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-ewro (ĠU L 91, p. 1).


Top