EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0308

Kawża C-308/12: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Ġunju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

ĠU C 273, 8.9.2012, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/7


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-308/12)

2012/C 273/11

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch, D. Düsterhaus u K. Herrmann, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

tiddikjara li, billi ma implementatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tittrasponi d-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Novembru 2008, dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (1) u fi kwalunkwe każ billi ma nnotifikatx lill-Kummissjoni b’dawn id-dispożizzjonijiet, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligu tagħha taħt l-Artikolu 40(1) ta’ din id-direttiva;

timponi fuq ir-Repubblika tal-Polonja, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, pagamenti ta’ penalità perijodiċi minħabba nuqqas li twettaq l-obbligu tagħha li tinnotifika lill-Kummissjoni bil-miżuri li jittrasponu d-Direttiva 2008/98/KE, b’rata ta’ EUR 67 314,24 kuljum b’effett mid-data li fiha ngħatat is-sentenza f’din il-kawża;

tordna lir-Republikka tal-Polonja tbati l-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-perijodu li fih kellha tiġi trasposta d-Direttiva 2008/98/KE skada fit-12 ta’ Diċembru 2010.


(1)  ĠU L 312, p. 3.


Top