Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0267

    Kawża C-267/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit- 30 ta’ Mejju 2012 — Frédéric Hay vs Crédit agricole mutuel de Charente-Maritime et des Deux-Sèvres

    ĠU C 250, 18.8.2012, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.8.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 250/9


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit-30 ta’ Mejju 2012 — Frédéric Hay vs Crédit agricole mutuel de Charente-Maritime et des Deux-Sèvres

    (Kawża C-267/12)

    2012/C 250/15

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Cour de cassation

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Frédéric Hay

    Konvenut: Crédit agricole mutuel de Charente-Maritime et des Deux-Sèvres

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-għażla tal-leġiżlatur nazzjonali li jirriżerva l-konklużjoni ta’ żwieġ għal persuni ta’ sess differenti, tista’ tikkostitwixxi għan leġittimu, xieraq u neċessarju li jiġġustifika d-diskriminazzjoni indiretta li tirriżulta mill-fatt li ftehim kollettiv, billi jirriżerva vantaġġ fil-qasam ta’ remunerazzjoni u ta’ kundizzjonijiet ta’ xogħol lill-impjegati li jiżżewġu, neċessarjament jeskludi minn dan il-vantaġġ lill-imsieħba tal-istess sess li kkonkludew patt ċivili ta’ solidarjetà?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79)


    Top