EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0216

Kawża C-216/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg fit- 8 ta’ Mejju 2012 — Caisse nationale des prestations familiales vs Hliddal, Fjola

ĠU C 235, 4.8.2012, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg fit-8 ta’ Mejju 2012 — Caisse nationale des prestations familiales vs Hliddal, Fjola

(Kawża C-216/12)

2012/C 235/10

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Caisse nationale des prestations familiales

Konvenut: Hliddal, Fjola

Domanda preliminari

Benefiċċju bħall-allowance ta’ leave parentali previst mill-Artikoli 306 sa 308 tal-Kodiċi tas-sigurtà soċjali jikkostitwixxi benefiċċju tal-familja fis-sens tal-Artikoli 1(u)(i) u 4(1)(h) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar il-pubblikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (1), fil-verżjoni emendata u aġġornata tiegħu applikabbli skont l-Anness II, Taqsima A(1), tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni u tal-Att finali, iffirmati fil-Lussemburgu, fil-21 ta’ Ġunju 1999 (2)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35.

(2)  ĠU 2002, L 114, p. 6.


Top