This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CN0184
Case C-184/12: Reference for a preliminary ruling from the Hof van Cassatie van België (Belgium) lodged on 20 April 2012 — United Antwerp Maritime Agencies (UNAMAR) NV v Navigation Maritime Bulgare
Kawża C-184/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie (il-Belġju) fl- 20 ta’ April 2012 — United Antwerp Maritime Agnecies (UNAMAR) NV vs Navigation Maritime Bulgare
Kawża C-184/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie (il-Belġju) fl- 20 ta’ April 2012 — United Antwerp Maritime Agnecies (UNAMAR) NV vs Navigation Maritime Bulgare
ĠU C 200, 7.7.2012, pp. 6–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
7.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 200/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie (il-Belġju) fl-20 ta’ April 2012 — United Antwerp Maritime Agnecies (UNAMAR) NV vs Navigation Maritime Bulgare
(Kawża C-184/12)
2012/C 200/11
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van Cassatie van België
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: United Antwerp Maritime Agencies (UNAMAR) NV
Konvenuta: Navigation Maritime Bulgare
Domanda preliminari
Fid-dawl ukoll tal-klassifikazzjoni fid-dritt Belġjan tal-Artikoli 18, 20 u 21 tal-liġi tat-13 ta’ April 1995 dwar il-kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali inkwistjoni fil-proċedura, bħala regoli tad-dritt mandatorji fis-sens tal-Artikolu 7(2) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma (1) [tad-19 ta’ Ġunju 1980 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali], l-Artikoli 3 u 7(2) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, moqrija jew le flimkien mad-Direttiva tal-Kunsill 86/653/KE (2), tat-18 ta’ Diċembru 1986, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membru li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jippermettu li r-regoli tad-dritt mandatorji tal-pajjiż tal-qorti li joffru protezzjoni iktar wiesgħa mill-protezzjoni minima imposta mid-Direttiva 86/653/KEE, jiġu applikati għall-kuntratt, anki jekk jidher li d-dritt applikabbli għall-kuntratt huwa d-dritt ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea li fih hemm ukoll il-protezzjoni minima offerta mid-Direttiva 86/653/KEE iċċitata iktar ’il fuq li ġiet implementata?
(1) Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali miftuħa għall-firma f’Ruma fid-19 ta’ Ġunju 1960 (ĠU C 169, p. 10)
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 177.