Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0176

    Kawża C-176/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fis- 16 ta’ April 2012 — Association de médiation sociale vs Union locale des syndicats CGT, Hichem Laboubi, Union départementale CGT des Bouches-du-Rhône, Confédération générale du travail (CGT)

    ĠU C 184, 23.6.2012, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.6.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 184/5


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fis-16 ta’ April 2012 — Association de médiation sociale vs Union locale des syndicats CGT, Hichem Laboubi, Union départementale CGT des Bouches-du-Rhône, Confédération générale du travail (CGT)

    (Kawża C-176/12)

    2012/C 184/08

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Cour de cassation

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Association de médiation sociale

    Konvenuti: Union locale des syndicats CGT, Hichem Laboubi, Union départementale CGT des Bouches-du-Rhône, Confédération générale du travail (CGT)

    Domandi preliminari

    (1)

    Id-dritt fundamentali għall-informazzjoni u għall-konsultazzjoni tal-impjegati, irrikonoxxut mill-Artikolu 27 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ippreċiżat mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2002, li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea (1), jista’ jiġi invokat f’kawża bejn individwi bil-għan li tiġi vverifikata l-konformità ta’ miżura nazzjonali ta’ traspożizzjoni tad-direttiva?

    (2)

    Jekk it-tweġiba tkun fl-affermattiv, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni leġiżlattiva nazzjonali li teskludi mill-kalkolu tal-ħaddiema tal-kumpannija, partikolarment sabiex jiġu ddeterminati il-limiti legali għall-implementazzjoni ta’ istituzzjonijiet rappreżentattivi tal-persunal, l-impjegati li għandhom il-kuntratti li ġejjin: apprentistat, kuntratt inizjattiva-impjieg (contrat initiative-emploi), kuntratt ta’ assistenza fl-impjieg (contrat d’accompagnement dans l’emploi), kuntratt ta’ professjonalizzazzjoni (contrat de professionalisation)?


    (1)  Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2003, li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea — Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni fuq ir-rappreżentazzjoni tal-ħaddiema (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p.219).


    Top