Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0171

    Kawża C-171/12: Appell ippreżentat fil- 11 ta’ April 2012 minn Carrols Corp kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal- 1 ta’ Frar 2012 fil-Kawża T-291/09 — Carrols Corp. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u Giulio Gambettola

    ĠU C 174, 16.6.2012, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.6.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 174/19


    Appell ippreżentat fil-11 ta’ April 2012 minn Carrols Corp kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-1 ta’ Frar 2012 fil-Kawża T-291/09 — Carrols Corp. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u Giulio Gambettola

    (Kawża C-171/12)

    2012/C 174/30

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Appellanti: Carrols Corp. (rappreżentant: I. Temiño Ceniceros, avukat)

    Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u Giulio Gambettola

    Talbiet tal-appellanti

    tannulla totalment is-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-291/09 tal-1 ta’ Frar 2012;

    tilqa’ t-talbiet kollha mressqa fl-ewwel istanza.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    Il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-Unjoni, jiġifieri l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1) u l-ġurisprudenza li tinterpretaha

    Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li “fir-rigward tal-identità tas-sinjali inkwistjoni, hija ma ppruvatx il-mala fide tal-intervenjent fin-nuqqas ta’ kull prova oħra rilevanti”.

    Fil-fatt, fis-sentenza tal-11 ta’ Ġunju 2009, Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli, (C-529/07, Ġabra p. I-4893), ġie enfasizzat li “l-eżistenza tal-mala fide tal-applikant […] għandha tiġi evalwata globalment, b’kunsiderazzjoni tal-fatturi kollha rilevanti tal-każ ineżami” (punt 37 tas-sentenza). Madankollu, il-Qorti Ġenerali b’mod żbaljat analizzat kull fatt b’mod individwali u iżolat u naqset milli tieħu perspettiva globali, u żiedet b’mod inġustifikat l-oneru tal-prova fuq l-appellanti, bi ksur tad-dritt tagħha ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva.


    (1)  Regolament tal-Kunsill 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja, ĠU L 78, p. 1.


    Top