This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CN0121
Case C-121/12 P: Appeal brought on 5 March 2012 by Bernhard Rintisch against the judgment of the General Court (Seventh Chamber) delivered on 16 December 2011 in Case T-109/09: Bernhard Rintisch v Office for Harmonisation in the Internal Market (Trade Marks and Designs) (OHIM)
Kawża C-121/12 P: Appell ippreżentat fil- 5 ta’ Marzu 2012 minn Bernhard Rintisch kontra s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis- 16 ta’ Diċembru 2011 fil-Kawża T-109/09: Bernhard Rintisch vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Kawża C-121/12 P: Appell ippreżentat fil- 5 ta’ Marzu 2012 minn Bernhard Rintisch kontra s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis- 16 ta’ Diċembru 2011 fil-Kawża T-109/09: Bernhard Rintisch vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
ĠU C 165, 9.6.2012, p. 10–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/10 |
Appell ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2012 minn Bernhard Rintisch kontra s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis-16 ta’ Diċembru 2011 fil-Kawża T-109/09: Bernhard Rintisch vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
(Kawża C-121/12 P)
2012/C 165/16
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Bernhard Rintisch (rappreżentant: A. Dreyer, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), Valfleuri Pâtes alimentaires SA
Talbiet tal-appellant
L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tas-Seba’ Awla tal-Qorti Ġenerali (Qorti tal-ewwel istanza) tas-16 ta’ Diċembru 2011 fil-Kawża T-109/09; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-proċeduri. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellant isostni li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata minħabba li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 74(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 (1) [li sar l-Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (2)] u abbażi ta’ użu ħażin ta’ poter. Skont l-appellant, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 74(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 meta ddeċidiet li l-Bord tal-Appell kien korrett meta ma ħax inkunsiderazzjoni dokumenti u provi prodotti mill-appellant. Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet b’mod żbaljat li l-Bord legalment irrifjuta li jeżerċita d-diskrezzjoni tiegħu meta naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni d-dokumenti msemmija iktar ’il fuq.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146)
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p.1)