This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CN0114
Case C-114/12: Action brought on 1 March 2012 — European Commission v Council of the European Union
Kawża C-114/12: Rikors ippreżentat fl- 1 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Kawża C-114/12: Rikors ippreżentat fl- 1 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
ĠU C 138, 12.5.2012, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
12.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 138/5 |
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-114/12)
(2012/C 138/09)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, J. Samnadda, aġenti)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tal-parti rikorrenti
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill, u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri miġbura fi ħdan il-Kunsill, fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha fin-negozjati għal Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-organi tax-xandir |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
|
|
L-ewwel motiv: Ksur tal-Artikoli 2(2) u 3(2) TFUE, għaliex il-Kunsill ikkunsidra li l-kwistjoni hija waħda ta’ kompetenza kondiviża, u awtorizza lil Stati Membri jew lil Istituzzjoni li ma hijiex il-Kummissjoni sabiex tinnegozja l-ftehim, fi kwistjoni ta’ kompetenza esklużiva. Il-konvenzjoni futura tal-Kunsill tal-Ewropa tista’ tolqot jew tbiddel l-iskop tad-direttivi tal-UE li jirrigwardaw id-drittijiet tal-organi tax-xandir, kif ukoll dak tad-direttivi tal-UE dwar il-liġi tal-proprjetà intellettwali b’mod ġenerali. Il-konvenzjoni futura ser tkun ibbażata fuq l-acquis tal-UE, u twassal b’mod inevitabbli għall-emendar ta’ Direttivi tal-UE jekk jingħata livell ta’ protezzjoni ogħla lill-organizzazzjonijiet tax-xandir fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa. |
|
|
It-tieni motiv: Ksur tal-proċedura u tal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ negozjati ta’ ftehim internazzjonali mill-Unjoni. Huwa l-Kunsill (u mhux il-Kunsill li jaġixxi flimkien mal-Istati Membri) li huwa kompetenti sabiex jawtorizza negozjati mill-Unjoni. |
|
|
It-tielet motiv: Ksur tar-regoli tal-votazzjoni fil-Kunsill. Bl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kunsill kiser l-Artikolu 218(8) li jistabbilixxi li l-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata. |
|
|
Ir-raba’ motiv: Ksur tal-għanijiet tat-Trattati u tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni sinċiera. Il-Kunsill, meta jaġixxi flimkien mal-Istati Membri, jimmina l-pożizzjoni tal-Unjoni u jdgħajjef il-qafas istituzzjonali tal-Unjoni. |