Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0062

    Kawża C-62/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Аdministrativen sad — Varna (Il-Bulgarija) fis- 7 ta’ Frar 2012 — Galin Kostov vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — grad Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalna agentsia za prihodite

    ĠU C 118, 21.4.2012, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.4.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 118/14


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Аdministrativen sad — Varna (Il-Bulgarija) fis-7 ta’ Frar 2012 — Galin Kostov vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — grad Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalna agentsia za prihodite

    (Kawża C-62/12)

    2012/C 118/21

    Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

    Qorti tar-rinviju

    Аdministrativen sad — Varna

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Galin Kostov

    Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — grad Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalna agentsia za prihodite (direttur tad-direttorat “Appell u ġestjoni tal-infurzar” għall-belt ta’ Varna, li huwa qrib l-amministrazzjoni ċentrali tal-Aġenzija nazzjonali tat-taxxa)

    Domanda preliminari

    Persuna fiżika rreġistrata għall-VAT minħabba l-attivitajiet tagħha bħala uffiċjal eżekuttiv li hija teżerċita privatament għandha tiġi kkunsidrata bħala persuna taxxabbli fis-sens tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2006/112 (1) u hija obbligata tħallas il-VAT skont l-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112 fir-rigward ta’ provvista ta’ servizz okkażjonali, li sseħħ fin-nuqqas ta’ rabta mal-attivitajiet tagħha bħala uffiċjal eżekuttiv?


    (1)  ĠU L 347, p. 1


    Top