This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CN0034
Case C-34/12 P: Appeal brought on 24 January 2012 by Idromacchine Srl and Others against the judgment delivered by the General Court (Fourth Chamber) on 8 November 2011 in Case T-88/09 Idromacchine Srl and Others v Commission
Kawża C-34/12 P: Appell ippreżentat fl- 24 ta’ Jannar 2012 minn Idromacchine Srl et, kontra s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba Awla) fit- 8 ta’ Novembru 2011 fil-Kawża T-88/09, Idromacchine Srl et vs Il-Kummissjoni
Kawża C-34/12 P: Appell ippreżentat fl- 24 ta’ Jannar 2012 minn Idromacchine Srl et, kontra s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba Awla) fit- 8 ta’ Novembru 2011 fil-Kawża T-88/09, Idromacchine Srl et vs Il-Kummissjoni
ĠU C 89, 24.3.2012, p. 15–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 89/15 |
Appell ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2012 minn Idromacchine Srl et, kontra s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba Awla) fit-8 ta’ Novembru 2011 fil-Kawża T-88/09, Idromacchine Srl et vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-34/12 P)
2012/C 89/23
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Idromacchine Srl, Alessandro Capuzzo, Roberto Capuzzo (rappreżentanti: W. Viscardini u G. Donà, avukati)
Parti oħra fil-proċeduri: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tannulla parzjalment is-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) mogħtija fit-8 ta’ Novembru 2011, fil-Kawża T-88/09, sa fejn:
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti fiż-żewġ istanzi. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti jibbażaw ruħhom fuq l-żbalji ta’ liġi li ġejjin mwettqa mill-Qorti Ġenerali:
I. |
żball manifest, li jirriżulta mill-atti tal-proċedura, sa fejn il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li ma kienx is-suġġett tar-rikors li tiġi vverifikata n-natura żbaljata tal-fatti preġudikanti attribwiti lil Idromacchine; |
II. |
motivazzjoni insuffiċċjenti u għalhekk żbaljata fir-rigward taċ-ċaħda tal-ilmenti li jikkonċernaw il-ksur tal-prinċipji ta’ diliġenza u ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża; |
III. |
żnaturament manifest tal-atti tal-proċedura, tal-fatti u tal-provi li jikkonċernaw id-dannu materjali — Ksur tar-regoli applikabbli għall-oneru tal-prova — Difetti ta’ motivazzjoni; |
IV. |
ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ nondiskriminazzjoni u tiċħid mill-ġustizzja fir-rigward tal-kriterji ta’ kwantifikazzjoni tad-dannu morali rrikonoxxut fir-rigward ta’ Idromacchine; |
V. |
ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, nuqqas ta’ motivazzjoni, ineżattezza materjali manifesta li tirriżulta mill-atti tal-proċedura, fir-rigward tar-rifjut tal-għoti ta’ kumpens għad-dannu morali subit minn A. Capuzzo u R. Capuzzo. |