This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CJ0492
Judgment of the Court (Fourth Chamber), 19 September 2013.#Council national de l’ordre des médecins v Ministère des Affaires sociales et de la Santé.#Request for a preliminary ruling from the Conseil d’État.#Freedom of movement for persons — Freedom of establishment — Freedom to provide services — Directive 2005/36/EC — Recognition of professional qualifications — Dental profession — Specific nature and distinction from the medical profession — Common training.#Case C‑492/12.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Settembru 2013.
Conseil national de l’ordre des médecins vs Ministre de l’Enseignement supérieur et de la Recherche u Ministre des Affaires sociales et de la Santé.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza).
Moviment liberu tal-persuni — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Direttiva 2005/36/KE — Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali — Professjoni ta’ dentist — Natura speċifika u distinzjoni mill-professjoni ta’ tabib — Taħriġ komuni.
Kawża C‑492/12.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Settembru 2013.
Conseil national de l’ordre des médecins vs Ministre de l’Enseignement supérieur et de la Recherche u Ministre des Affaires sociales et de la Santé.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza).
Moviment liberu tal-persuni — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Direttiva 2005/36/KE — Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali — Professjoni ta’ dentist — Natura speċifika u distinzjoni mill-professjoni ta’ tabib — Taħriġ komuni.
Kawża C‑492/12.
Court reports – general
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2013:576
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla)
19 ta’ Settembru 2013 ( *1 )
“Moviment liberu tal-persuni — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Direttiva 2005/36/KE — Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali — Professjoni ta’ dentist — Natura speċifika u distinzjoni mill-professjoni ta’ tabib — Taħriġ komuni”
Fil-Kawża C‑492/12,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Conseil d’État (Franza), permezz ta’ deċiżjoni tad-19 ta’ Ottubru 2012, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-5 ta’ Novembru 2012, fil-proċedura
Conseil national de l’ordre des médecins
vs
Ministre de l’Enseignement supérieur et de la Recherche,
Ministre des Affaires sociales et de la Santé,
fil-preżenza ta’:
Conseil national de l’ordre des chirurgiens-dentistes,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),
komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, J. Malenovský, U. Lõhmus, M. Safjan (Relatur) u A. Prechal, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: N. Jääskinen,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
— |
għall-Conseil national de l’ordre des médecins, minn J. Barthelemy, avukat, |
— |
għall-Conseil national de l’ordre des chirurgiens-dentistes, minn F. Thiriez, avukat, |
— |
għall-Gvern Franċiż, minn D. Colas, kif ukoll minn N. Rouam u F. Gloaguen, bħala aġenti, |
— |
għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek, bħala aġent, |
— |
għall-Irlanda, minn E. Creedon, bħala aġent, |
— |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn H. Støvlbæk u H. Tserepa-Lacombe, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (ĠU L 255, p. 22), kif emendata mir-Regolament (KE) Nru 1137/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008 (ĠU L 311, p. 1, iktar ’il quddiem id-“Direttiva 2005/36”). |
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn il-Conseil national de l’ordre des médecins (Kunsill Nazzjonali tal-Assoċjazzjoni tat-Tobba, iktar ’il quddiem iċ-“CNOM”) u l-ministre de l’Enseignement supérieur et de la Recherche (Ministru għall-Edukazzjoni Ogħla u għar-Riċerka) minn naħa u l-ministre des Affaires sociales et de la Santé (Ministru għall-Affarijiet Soċjali u għas-Saħħa), min-naħa l-oħra, fil-preżenza tal-Conseil national de l’ordre des chirurgiens-dentistes (Kunsill Nazzjonali tal-Assoċjazzjoni tad-Dentisti), intervenjent, dwar il-legalità tad-deċiżjoni tal-31 ta’ Marzu 2011 li tistabbilixxi l-lista ta’ korsijiet ta’ taħriġ li jwasslu għal kwalifiki u r-regoli dwar id-diplomi fid-dentistrija speċjalizzata (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”). |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
3 |
Id-Direttiva 2005/36 ħassret id-Direttiva tal-Kunsill 78/686/KEE, tal-25 ta’ Lulju 1978, li tikkonċerna r-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u provi oħrajn tal-kwalifiki formali tal-prattikanti tad-dentistrija, inklużi l-miżuri biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tad-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà biex jiġu pprovduti servizzi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 67), id-Direttiva tal-Kunsill 78/687/KEE, tal-25 ta’ Lulju 1978, dwar il-koordinazzjoni tad-dispożizzjonijiet ipprovduti bil-liġi, regolament jew l-azzjoni amministrattiva fejn għandhom x’jaqsmu l-attivitajiet tat-tobba dentisti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6,Vol. 1, p. 76), kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 93/16/KEE, tal-5 ta’ April 1993, biex tiffaċilità l-moviment liberu tat-tobba u r-rikonoxximent tad-diplomi, ċertifikati u prova oħra ta’ kwalifiki formali tagħhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 86). |
4 |
Il-premessa 22 tad-Direttiva 2005/36 tipprovdi li: “L-Istati Membri kollha għandhom jirrikonoxxu l-professjoni ta’ tabib dentist bħala professjoni speċifika distinta minn dik ta’ tabib ġenerali, kemm jekk l-eżerċitant ikun speċjalizzat fl-odontostomatoloġija u wkoll jekk le. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-taħriġ mogħti lil tobba dentisti jagħtihom il-ħiliet meħtieġa għall-prevenzjoni, id-djanjosi u t-trattament ta’ l-anomaliji u l-mard tas-snien, il-ħalq, ix-xedaq u t-tessuti assoċjati. L-attività professjonali ta’ tabib dentist għandha tiġi eżerċitata minn persuni li għandhom kwalifika bħala tabib dentist kif stabbilit f’din id-Direttiva.” |
5 |
L-Artikolu 21 ta’ din id-direttiva, dwar il-prinċipju ta’ rikonoxximent awtomatiku, jipprovdi li: “1. Kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi bħala provi ta’ kwalifiki formali ta’ tabib li jagħti aċċess għal attivitajiet professjonali ta’ tabib b’taħriġ bażiku u tabib speċjalizzat, bħala infermiera responsabbli mill-kura ġenerali, bħala dentist, bħala dentist speċjalizzat, bħala kirurgu veterinarju, bħala spiżjar u bħala perit, elenkati fl-Anness V, punti 5.1.1, 5.1.2, 5.2.2, 5.3.2, 5.3.3, 5.4.2, 5.6.2 u 5.7.1 rispettivament, dawk il-provi li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi ta’ taħriġ imsemmija fl-Artikoli 24, 25, 31, 34, 35, 38, 44 u 46 rispettivament, u għandu, għall-finijiet ta’ aċċess għal u l-eżerċizzju ta’ attivitajiet professjonali, jagħti dawn il-provi l-istess effett fuq it-territorju tiegħu bħala provi ta’ kwalifiki formali li joħroġ huwa stess. [...] 7. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet leġislattivi, regolamentari u amministrattivi li jadotta rigward il-ħruġ ta’ kwalifiki formali fil-qasam kopert minn dak il-Kapitolu. [...] Il-Kummissjoni għandha tippubblika komunikazzjoni xierqa fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, li tindika t-titoli adottati mill-Istati Membri għal provi ta’ kwalifiki formali u, fejn xieraq, il-korp li joħroġ il-provi ta’ kwalifiki formali, iċ-ċertifikat li jiġi magħhom u t-titolu professjonali korrispondenti msemmi fl-Anness V, punti 5.1.1, 5.1.2, 5.1.4, 5.2.2, 5.3.2, 5.3.3, 5.4.2, 5.5.2, 5.6.2 u 5.7.1 rispettivament.” |
6 |
L-Artikolu 24(2) tal-imsemmija direttiva, dwar it-taħriġ mediku bażiku, jipprovdi li: “It-taħriġ mediku bażiku għandu jinkludi total ta’ mhux inqas minn sitt snin ta’ studju jew 5500 siegħa ta’ taħriġ teoretiku u prattiku provdut minn università jew taħt is-superviżjoni tagħha. [...]” |
7 |
L-Artikolu 25 tad-Direttiva 2005/36, dwar it-taħriġ mediku speċjalizzat, huwa fformulat kif ġej: “1. L-ammissjoni għat-taħriġ mediku speċjalizzat għandha tkun tiddependi fuq it-tmiem u l-validazzjoni ta’ sitt snin ta’ studju bħala parti mill-programm ta’ taħriġ imsemmi fl-Artikolu 24 li matulu t-trainee jkun kiseb l-għarfien in kwistjoni fil-mediċina bażika. 2. It-taħriġ mediku speċjalizzat għandu jinkludi taħriġ teoretiku u prattiku f’università jew sptar ta’ tagħlim mediku jew, fejn xieraq, fi stabbiliment tas-saħħa approvat għal dan l-iskop mill-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-perijodu minimu ta’ korsijiet ta’ taħriġ mediku speċjalizzat imsemmija fl-Anness V, punt 5.1.3 mhuwiex inqas mill-perijodu msemmi f’dak il-punt. It-taħriġ għandu jingħata taħt is-superviżjoni ta’ l-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti. Dan għandu jinkludi l-parteċipazzjoni personali tat-tabib trainee speċjalizzat fl-attività u fir-responsabbiltajiet involuti fis-servizzi in kwistjoni. [...] 4. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-ħruġ ta’ provi ta’ taħriġ mediku speċjalizzat dependenti mill-pussess ta’ provi ta’ taħriġ mediku bażiku msemmi fl-Anness V, punt 5.1.1. [...]” |
8 |
L-Artikolu 34 tad-Direttiva 2005/36, li jirrigwarda t-taħriġ bażiku fid-dentistrija, jipprovdi li: “1. L-ammissjoni għat-taħriġ bażiku fid-dentistrija jippresupponi l-pussess ta’ diploma jew ta’ ċertifikat li jagħtu aċċess, għall-istudji in kwistjoni, għal universitajiet jew istituti superjuri ta’ livell rikonoxxut bħala ekwivalenti, fi Stat Membru. 2. It-taħriġ bażiku fid-dentistrija għandu jinkludi total ta’ mhux inqas minn ħames snin ta’ studju teoretiku u prattiku full-time, li jinkludi mill-inqas il-programm deskritt fl-Anness V, punt 5.3.1 u mogħti f’università, f’istitut superjuri li jipprovdi taħriġ li huwa rikonoxxut bħala ta’ livell ekwivalenti jew taħt is-sorveljanza ta’ università. [...] 3. Taħriġ bażiku fid-dentistrija għandu jipprovdi assigurazzjoni li l-persuna konċernata kisbet l-għarfien u l-ħiliet li ġejjin:
Dan it-taħriġ għandu jipprovdih bil-ħiliet neċessarji għall-eżerċizzju ta’ l-attivitajiet kollha li jinvolvu l-prevenzjoni, id-dijanjosi u t-trattament ta’ l-anomaliji u l-mard tas-snien, tal-ħalq, tax-xedaq u tat-tessuti assoċjati.” |
9 |
L-Artikolu 35 ta’ din id-direttiva, dwar t-taħriġ speċjalizzat fid-dentistrija, jipprovdi li: “1. L-ammissjoni għat-taħriġ speċjalizzat fid-dentistrija għandu jinvolvi t-tmiem u l-validazzjoni ta’ ħames snin ta’ struzzjoni teoretika u prattika fil-qafas tat-taħriġ imsemmi fl-Artikolu 34, jew il-pussess tad-dokumenti msemmija fl-Artikoli 23 u 37 [li jirrigwardaw id-drittijiet miksuba]. [...] 3. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-prova ta’ taħriġ speċjalizzat fid-dentistrija tiddependi mill-pussess ta’ provi ta’ taħriġ bażiku fid-dentistrija msemmi fl-Anness V, punt 5.3.2.” |
10 |
L-Artikolu 36 tal-imsemmija direttiva jirregola l-eżerċizzju tal-attivitajiet professjonali bħala tobba dentisti kif ġej: “1. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, l-attivitajiet professjonali bħala tobba dentisti huma l-attivitajiet definiti fil-paragrafu 3 u eżerċitati taħt il-kwalifiki professjonali elenkati fl-Anness V, punt 5.3.2. 2. Il-professjoni ta’ tabib dentist għandha tkun ibbażata fuq taħriġ fid-dentistrija msemmi fl-Artikolu 34 u għandu jikkostitwixxi professjoni speċifika li hija distinta minn professjonijiet oħrajn mediċi ġenerali jew speċjalizzati. L-eżerċizzju ta’ l-attivitajiet professjonali bħala tabib dentist jirrikjedi l-pussess tal-kwalifiki formali msemmija fl-Anness V, punt 5.3.2. It-titulari ta’ tali provi ta’ kwalifiki formali għandhom ikunu trattati bl-istess mod bħal dawk li għalihom japplikaw l-Artikoli 23 jew 37. [...]” |
11 |
L-Anness V tad-Direttiva 2005/36, dwar ir-rikonoxximent abbażi tal-koordinazzjoni tal-kundizzjonijiet minimi ta’ taħriġ, isemmi d-dokumenti ta’ prova ta’ kwalifiki formali maħruġa wara taħriġ bażiku u speċjalizzat kemm għat-tobba kif ukoll għall-prattikanti tad-dentistrija. |
12 |
Fost it-titoli ta’ korsijiet ta’ taħriġ fil-mediċina speċjalizzata elenkati fil-punt 5.1.3 tal-imsemmi anness hemm, b’mod partikolari, il-“[k]irurġija tas-snien, orali u ta’ l-għadam tal-wiċċ (taħriġ mediku u tas-snien bażiku)” li jippresupponi t-“temma u l-validità [validazzjoni] ta’ studji mediċi bażiċi (Artikolu 24) u, wkoll, t-temma u l-validità ta’ studji tas-snien bażiċi (Artikolu 34)”. Id-dokumenti ta’ prova ta’ kwalifiki formali maħruġa wara taħriġ mediku speċjalizzat f’dan il-qasam huma suġġetti għas-sistema tar-rikonoxximent għal dak li jirrigwarda d-disa’ Stati Membri, jiġifieri r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-Irlanda, ir-Repubblika ta’ Ċipru, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq. |
13 |
Bl-esklużjoni tat-taħriġ fil-“[k]irurġija tas-snien, orali u ta’ l-għadam tal-wiċċ (taħriġ mediku u tas-snien bażiku)”, il-punt 5.1.3 tal-Anness V tad-Direttiva 2005/36 isemmi wkoll it-taħriġ fil-“[k]irurġija ta’ l-[g]ħadam tal-[w]iċċ (taħriġ mediku bażiku)”. Għal dak li jirrigwarda r-Repubblika Franċiża, dan l-anness jipprovdi t-titolu “[c]hirurgie maxillo-faciale et stomatologie” (kirurġija tal-għadam tal-wiċċ u stomatoloġija). |
14 |
Għal dak li jirrigwarda d-dokumenti ta’ prova ta’ kwalifiki formali maħruġa wara taħriġ bażiku bħala prattikant tad-dentistrija, it-titolu ta’ “chirurgien-dentiste” (dentist) jissemma fil-punt 5.3.2 tal-imsemmi anness bħala titolu professjonali użat fi Franza. |
15 |
Għal dak li jikkonċerna d-dokumenti ta’ prova ta’ kwalifiki formali maħruġa wara taħriġ speċjalizzat bħala prattikant tad-dentistrija, il-punt 5.3.3 tal-Anness V tad-Direttiva 2005/36 fih titolu bl-isem “[k]irurġija tal-ħalq”. It-titoli ta’ sittax-il Stat Membru huma rikonoxxuti f’dan ir-rigward, iżda ir-Repubblika Franċiża ma hijiex inkluża fost dawn l-Istati. |
16 |
Dan l-anness jippreċiża wkoll, fil-punt 5.3.1 tiegħu, il-programm ta’ studju għal tobba dentisti, b’mod partikolari għal dak li jikkonċerna s-suġġetti mediko-bijoloġiċi u s-suġġetti mediċi ġenerali. Fost dawn is-suġġetti hemm, b’mod partikolari, l-anatomija, l-embrijoloġija, l-istoloġija, inkluża ċ-ċitoloġija, il-fiżjoloġija, il-bijokimika (jew kimika fiżjoloġika), l-anatomija patoloġika, il-patoloġija ġenerali, il-farmakoloġija, il-mikrobijoloġija, il-mediċina preventiva u l-epidemjoloġija, ir-radjoloġija, il-kirurġija ġenerali, il-mediċina ġenerali, inkluża l-pedjatrija, l-otorinolaringoloġija, id-dermato-veneroloġija u l-anestesija. L-anestesija u s-sedazzjoni fid-dentistrija, il-kirurġija speċjali, il-patoloġija speċjali u r-radjoloġija dentali huma elenkati fost s-suġġetti relatati direttament mad-dentistrija inklużi fl-imsemmi programm ta’ studju. |
Id-dritt Franċiż
17 |
L-Artikolu R. 4127‑70 tal-Kodiċi tas-Saħħa Pubblika jipprovdi kif ġej: “Kull tabib huwa, bħala prinċipju, awtorizzat li jwettaq l-atti kollha li jirrigwardaw id-dijanjosi, il-prevenzjoni u t-trattament. Iżda huwa ma għandux, ħlief f’ċirkustanzi eċċezzjonali, jibda’ jew ikompli kura jew jippreskrivi mediċini f’oqsma li jeċċedu l-konoxxenzi tiegħu, l-esperjenza tiegħu jew ir-riżorsi għad-dispożizzjoni tiegħu.” |
18 |
L-Artikolu R. 4127‑204 tal-imsemmi kodiċi jipprovdi li: “Dentist fl-ebda ċirkustanza ma għandu jeżerċita l-professjoni tiegħu f’ċirkustanzi li jistgħu jikkompromettu l-kwalità tal-kura u tat-trattament ipprovdut kif ukoll is-sigurtà tal-pazjenti. Huwa għandu, b’mod partikolari, jieħu, u jiżgura li l-assistenti tiegħu jieħdu, il-miżuri neċessarji sabiex jevita t-trażmissjoni ta’ mard. Ħlief f’ċirkustanzi eċċezzjonali, huwa ma għandux iwettaq atti, jipprovdi kura jew jippreskrivi mediċini f’oqsma li jeċċedu l-kompetenza professjonali tiegħu jew ir-riżorsi materjali għad-dispożizzjoni tiegħu.” |
19 |
L-Artikolu 634‑1 tal-Kodiċi tal-Edukazzjoni, kif emendat mill-Artikolu 43 tal-Liġi Nru 2009‑879 tal-21 ta’ Lulju 2009 (JORF tat-22 ta’ Lulju 2009, p. 12184), jipprovdi li: “Il-kors post lauream fid-dentistrija, magħruf bħala apprendistat fid-dentistrija, huwa accessibbli permezz ta’ kompetizzjoni nazzjonali għall-istudenti li jkunu kisbu l-ewwel lawrja fid-dentistrija. L-istudenti magħżula wara l-kompetizzjoni bħala apprendisti fid-dentistrija jistgħu jaċċedu għal korsijiet ta’ taħriġ post lauream li jwasslu għal kwalifiki, fejn il-lista ta’ dawn il-korsijiet hija mfassla mill-ministri inkarigati bl-edukazzjoni ogħla u bis-saħħa. L-għażla tat-taħriġ u tal-isptar għal tagħlim mediku għandha tkun suġġetta għall-pożizzjoni miksuba fl-ordni ta’ klassifika fl-eżamijiet tal-apprendistat. Wara li jkunu temmu b’suċċess il-kors post lauream u jkunu ppreżentaw teżi, l-apprendisti għandhom jirċievu, minbarra d-diploma ta’ dentist mill-Istat, diploma li ssemmi l-kwalifika miksuba. [...]” |
20 |
Skont l-Artikolu 9 tad-Digriet Nru 2011‑22, tal-5 ta’ Jannar 2011, dwar l-istruttura tal-kors post lauream fid-dentistrija (JORF tas-7 ta’ Jannar 2011, p. 447): “Il-lista tal-korsijiet ta’ taħriġ post lauream li jwasslu għal kwalifiki fid-dentistrija għandha tiġi stabbilita b’ordni tal-ministri inkarigati bl-edukazzjoni ogħla u bis-saħħa. Ċerti korsijiet ta’ taħriġ jistgħu jkunu komuni għall-mediċina u għad-dentistrija.” |
21 |
L-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata jipprovdi li: “Il-lista tal-korsijiet ta’ taħriġ post lauream li jwasslu għall-għoti ta’ diplomi fi studji speċjalizzati u li għalihom jistgħu jaċċedu studenti fil-kuntest ta’ korsijiet post lauream fid-dentistrija hija mfassla kif ġej:
|
22 |
L-Artikolu 3 ta’ din id-deċiżjoni jiddisponi li: “Apprendisti fid-dentistrija li jkunu kisbu l-pożizzjoni meħtieġa fl-ordni ta’ klassifika fil-kompetizzjoni li tagħti aċċess għal studji post lauream fid-dentistrija jistgħu japplikaw għad-diplomi fi studji speċjalizzati msemmija fl-Artikolu 1 ta’ din id-deċiżjoni. Apprendisti fil-mediċina li jkunu kisbu l-pożizzjoni meħtieġa fl-ordni ta’ klassifika fl-eżamijiet nazzjonali fil-mediċina li jagħtu aċċess għal studji speċjalizzati post lauream fil-mediċina jistgħu japplikaw għal korsijiet ta’ taħriġ li huma komuni għall-mediċina u għad-dentistrija.” |
23 |
It-taħriġ teoretiku fil-kirurġija tal-ħalq deskritt fl-anness tad-deċiżjoni kkontestata jinkludi, b’mod partikolari, taħriġ fil-kirurġija tal-parti ta’ fuq tas-sinna u ta’ ċesti tax-xedaq odontoġeniċi jew mhux odontoġeniċi, il-kirurġija pre-prostetika u għall-inserzjoni ta’ implants, l-istudju ta’ patoloġiji li jinvolvu tumur beninn, il-patoloġiji salivarji u t-trattament ortodontiko-kirurġiku u ortonjatiku. |
24 |
L-istess anness jipprovdi li dawn l-istudji universitarji jinkludu, b’mod partikolari, taħriġ prattiku li jdum mill-inqas tliet semestri f’dipartiment speċjalizzat fid-dentistrija u tliet semestri f’dipartiment speċjalizzat fil-kirurġija tal-għadam tal-wiċċ. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli R. 4127‑70 u R. 4127‑204 tal-Kodiċi tas-Saħħa Pubblika, kemm it-tobba speċjalizzati fil-kirurġija tal-ħalq kif ukoll id-dentisti li għandhom speċjalizzazzjoni fil-kirurġija tal-ħalq jistgħu jipprattikaw legalment u abitwalment l-atti kollha relatati ma’ din l-ispeċjalità mingħajr ma jiksru l-etika tagħhom. |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
25 |
Iċ-CNOM ressaq quddiem il-Conseil d’État talba għal annullament, minħabba eċċess ta’ poter, tad-deċiżjoni kkontestata, b’mod partikolari peress li din tal-aħħar kienet inkompatibbli mad-Direttiva 2005/36 u, b’mod partikolari, mal-Artikoli 24, 25 u 36 tiegħu. Il-Conseil national de l’ordre des chirurgiens-dentistes intervjena, fil-kuntest tal-kawża prinċipali, insostenn tal-ministri li adottaw din id-deċiżjoni. |
26 |
Id-deċiżjoni kkontestata toħloq kors ta’ taħriġ komuni li jwassal għal kwalifiki, intiż għal studenti f’korsijiet post lauream li huma apprendisti fid-dentistrija u studenti f’korsijiet post lauream li huma apprendisti fil-mediċina, u li jwassal għall-kisba ta’ diploma fi studji speċjalizzati fil-kirurġija tal-ħalq. |
27 |
Fir-rikors tiegħu ppreżentat quddiem il-qorti tar-rinviju, iċ-CNOM qajjem motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Artikolu 9 tad-Digriet Nru 2011‑22 u d-deċiżjoni kkontestata, adottata skont dan l-artikolu, huma inkompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/36, peress li s-suġġetti mgħallma fil-kors ta’ taħriġ il-ġdid, aċċessibbli kemm għall-istudenti tal-mediċina kif ukoll għall-istudenti tad-dentistrija, jaqgħu taħt oqsma ta’ mediċina speċjalizzata fis-sens tal-imsemmija direttiva u li l-ħolqien ta’ kors ta’ taħriġ post lauream komuni joħloq professjoni li hija komuni għat-tobba u għad-dentisti. |
28 |
Fl-opinjoni tal-qorti tar-rinviju, il-kompetenzi ċċertifikati mid-diploma ta’ kirurġija tal-ħalq introdotta mid-deċiżjoni kkontestata jaqgħu kemm taħt id-dixxiplini mediċi, jiġifieri l-istomatoloġija u l-kirurġija tal-għadam tal-wiċċ, kif ukoll taħt id-dixxiplini tad-dentistrija. |
29 |
Skont din il-qorti, fid-dawl tat-taħriġ inizjali tagħhom u tal-fatt li l-istudenti tad-dentistrija magħżula sabiex isewgu l-kors li jwassal għal din id-diploma jirċievu taħriġ addizzjonali fid-dixxiplini mediċi, iċ-CNOM ma jistax isostni li l-leġiżlatur wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkunsidra li l-istudenti tad-dentistrija jistgħu jiksbu matul l-apprendistat tagħhom il-konoxxenzi mediċi neċessarji sabiex iwettqu l-atti li għalihom huma mħarrġa. |
30 |
Madankollu, il-qorti tar-rinviju ssostni li, fir-rigward tal-Artikolu 36 tad-Direttiva 2005/36, il-professjoni ta’ prattikant tad-dentistrija hija bbażata fuq it-taħriġ dentali msemmi fl-Artikolu 34 tal-istess direttiva u tikkostitwixxi professjoni speċifika u distinta minn professjonijiet mediċi ġenerali jew speċjalizzati oħra. Għaldaqstant, it-tweġiba għall-motiv imqajjem miċ-CNOM tiddependi minn jekk, minn naħa, id-Direttiva 2005/36 tawtorizzax Stat Membru li jistabbilixxi kors ta’ taħriġ komuni li jwassal għal kwalifiki u li jwassal sabiex it-tobba u d-dentisti jipprattikaw l-istess speċjalità u, min-naħa l-oħra, jekk id-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva, dwar l-ispeċjalitajiet relatati mal-mediċina, għandhomx jiġu interpretati bħala li jkopru t-taħriġ kollu fil-kirurġija tal-ħalq jew parti minnu stipulat fl-anness tad-deċiżjoni kkontestata. |
31 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Conseil d’État iddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel domanda
32 |
Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-Direttiva 2005/36 għandhiex tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi l-ħolqien, minn Stat Membru, ta’ taħriġ speċjalizzat fil-qasam tal-kirurġija tal-ħalq, bħal dak fil-kawża prinċipali, komuni għall-persuni li għandhom diplomi ta’ prattikant tad-dentistrija u għal dawk li jkunu segwew biss taħriġ mediku bażiku. |
33 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li d-Direttiva 2005/36 hija intiża sabiex tistabbilixxi separazzjoni ċara bejn il-professjonijiet ta’ prattikant tad-dentistrija u ta’ tabib (ara, għal dak li jirrigwarda d-Direttivi 78/686 u 78/687, is-sentenza tad-29 ta’ Novembru 2001, Il-Kummissjoni vs L-Italja, C-202/99, Ġabra p. I-9319, punt 51, kif ukoll id-digriet tas-17 ta’ Ottubru 2003, Vogel, C-35/02, Ġabra p. I-12229, punt 33). |
34 |
Skont l-Artikolu 36(2) tad-Direttiva 2005/36, il-professjoni ta’ prattikant tad-dentistrija hija bbażata fuq it-taħriġ bażiku f’din id-dixxiplina u tikkostitwixxi professjoni speċifika u distinta minn professjonijiet mediċi ġenerali jew speċjalizzati oħra. L-eżerċizzju tal-attivitajiet professjonali bħala prattikant tad-dentistrija jirrikjedi l-pussess ta’ dokument ta’ prova ta’ kwalifiki formali maħruġ wara taħriġ bażiku msemmi fil-punt 5.3.2 tal-Anness V tad-Direttiva 2005/36 li huwa, għal dak li jirrigwarda r-Repubblika Franċiża, id-diploma ta’ dentist maħruġ mill-Istat. |
35 |
Madankollu, il-kawża prinċipali ma tirrigwardax il-kundizzjonijiet ta’ aċċess għal professjoni li għall-eżerċizzju tagħha d-Direttiva 2005/36 tirrikjedi li jiġi segwit taħriġ bażiku bħala prattikant tad-dentistrija, iżda l-kundizzjonijiet ta’ aċċess għal prattika speċjalizzata fil-qasam tal-kirurġija tal-ħalq. |
36 |
Għal dak li jirrigwarda l-korsijiet ta’ taħriġ speċjalizzat, għandu jiġi kkonstatat li, fir-rigward tal-Artikoli 25(1) u 35(1) tad-Direttiva 2005/36, l-ammissjoni għat-taħriġ mediku speċjalizzat kif ukoll għat-taħriġ speċjalizzat bħala prattikant tad-dentistrija jippresupponi t-tlestija u l-validazzjoni ta’ studji fil-kuntest tat-taħriġ mediku bażiku u tat-taħriġ bażiku bħala prattikant tad-dentistrija rispettivament. |
37 |
Jekk it-taħriġ speċjalizzat maħluq minn Stat Membru jikkorrispondi, permezz tat-titolu tiegħu, għal speċjalizzazzjoni mniżżla, għal dak li jirrigwarda dan l-Istat, fil-punti 5.1.3 jew 5.3.3 tal-Anness V tad-Direttiva 2005/36 fil-qasam tal-mediċina jew fil-qasam tal-prattika tad-dentistrija, persuni li ma għandhomx dokument ta’ prova ta’ kwalifiki formali maħruġ wara taħriġ mediku bażiku jew dokument ta’ prova ta’ kwalifiki formali maħruġ wara taħriġ bażiku bħala prattikant tad-dentistrija rispettivament jew ukoll, fejn previst mid-direttiva, dawn iż-żewġ dokumenti, ma jistgħux jiġu ammessi għal tali taħriġ. |
38 |
Madankollu, jekk Stat Membru joħloq taħriġ speċjalizzat li ma jikkorrispondix, permezz tat-titolu tiegħu, għal speċjalizzazzjoni mniżżla fl-Anness V tad-Direttiva 2005/36 u ma jagħtix dritt għall-għoti tad-dokument imsemmi f’dan l-anness, din l-ispeċjalizzazzjoni ma hijiex taħriġ fis-sens tal-Artikoli 25 u 35 ta’ din id-direttiva, b’mod li din tal-aħħar ma tirregolax il-kundizzjonijiet għal ammissjoni u l-kontenut tat-taħriġ hekk maħluq. |
39 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, id-Direttiva 2005/36 ma tipprekludix li taħriġ speċjalizzat, li t-titolu tiegħu ma jikkorrispondix għal dawk imniżżla fl-Anness V tagħha, ikun miftuħ kemm għall-persuni li jkunu segwew biss taħriġ mediku bażiku kif ukoll għal dawk li jkunu lestew u vvalidaw unikament l-istudji fil-kuntest tat-taħriġ bażiku bħala prattikant tad-dentistrija. |
40 |
Madankollu, għal dak li jirrigwarda d-Direttiva 2005/36, tali taħriġ speċjalizzat, li ma huwiex imniżżel fl-imsemmi Anness V, ma jistax, sa fejn dan ma jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 24 jew 34 ta’ din id-direttiva għal dak li jikkonċerna l-korsijiet ta’ taħriġ bażiku bħala tabib jew bħala prattikant tad-dentistrija, iwassal għall-għoti ta’ dokument ta’ prova ta’ kwalifiki formali maħruġ wara taħriġ mediku bażiku jew ta’ dokument ta’ prova ta’ kwalifiki formali maħruġ wara taħriġ bażiku bħala prattikant tad-dentistrija. |
41 |
Fil-fatt, id-Direttiva 2005/36 tipprekludi li persuna li ma għandhiex dokument ta’ prova ta’ kwalifiki formali maħruġ wara taħriġ mediku bażiku teżerċita l-professjoni ta’ tabib u, rispettivament, li persuna li ma għandhiex dokument ta’ prova ta’ kwalifiki formali maħruġ wara taħriġ bażiku bħala prattikant tad-dentistrija teżerċita l-professjoni ta’ dentist. |
42 |
Għal dak li jirrigwarda t-titoli tal-korsijiet ta’ taħriġ speċjalizzat fil-qasam mediku u fil-qasam tad-dentistrija, għandu jiġi osservat li, għal dak li jikkonċerna r-Repubblika Franċiża, ma hemm inkluż ebda titolu fl-Anness V tad-Direttiva 2005/36 għal dak li jirrigwarda t-taħriġ speċjalizzat fil-kirurġija tas-snien, tal-ħalq u tal-għadam tal-wiċċ (taħriġ mediku bażiku u taħriġ fid-dentistrija), kif ukoll it-taħriġ fil-kirurġija tal-ħalq. It-titoli ta’ “chirurgie maxillo-faciale et stomatologie” (kirurġija tal-għadam tal-wiċċ u stomatoloġija) kif ukoll ta’ “stomatologie” (stomaloġija), bħala korsijiet ta’ taħriġ mediku speċjalizzat huma, madankollu, imsemmija fl-imsemmi anness fir-rigward ta’ dan l-Istat Membru. |
43 |
Minn dan jirriżulta li l-ispeċjalizzazzjoni fil-“kirurġija tal-ħalq”, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma tikkorrispondix, permezz tat-titolu tagħha, għal dawk imniżżla, għal dak li jikkonċerna r-Repubblika Franċiża, fl-Anness V tad-Direttiva 2005/36. |
44 |
Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda hija li d-Direttiva 2005/36 għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix il-ħolqien, minn Stat Membru, ta’ taħriġ speċjalizzat, kemm fil-qasam mediku kif ukoll fil-qasam tad-dentistrija, li t-titolu tiegħu ma jikkorrispondix għal dawk imniżżla, għal dak li jikkonċerna dan l-Istat Membru, fl-Anness V ta’ din id-direttiva. Tali taħriġ speċjalizzat jista’ jkun miftuħ kemm għall-persuni li jkunu segwew biss taħriġ mediku bażiku kif ukoll għal dawk li jkunu lestew u vvalidaw unikament l-istudji fil-kuntest tat-taħriġ bażiku bħala prattikant tad-dentistrija. |
45 |
Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika:
|
Fuq it-tieni domanda
46 |
Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-Direttiva 2005/36 għandhiex tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi li s-suġġetti li jaqgħu taħt il-qasam mediku jifformaw parti minn taħriġ speċjalizzat bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali. |
47 |
Mill-eżami tal-ewwel domanda preliminari jirriżulta li d-Direttiva 2005/36 ma tippreskrivix kontenut speċifiku għal taħriġ speċjalizzat, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali. |
48 |
F’kull każ, anki jekk, skont din id-direttiva, il-professjoni ta’ prattikant tad-dentistrija tikkostitwixxi, kif issemma fil-punt 34 ta’ din is-sentenza, professjoni speċifika u distinta minn professjonijiet mediċi ġenerali jew speċjalizzati oħra, xorta jibqa’ l-fatt li l-programm ta’ studji li jwassal għal dokument ta’ prova ta’ kwalifiki formali maħruġ wara taħriġ bażiku bħala prattikant tad-dentistrija, speċifikat fil-punt 5.3.1 tal-Anness V tad-Direttiva 2005/36, jinkludi mhux biss is-suġġetti relatati direttament mad-dentistrija, iżda wkoll is-suġġetti mediko-bijoloġiċi, kif ukoll is-suġġetti mediċi ġenerali. |
49 |
Minn dan jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma pprovax jeskludi s-suġġetti mediċi mit-taħriġ bħala prattikant tad-dentistrija, irrispettivament minn jekk dan it-taħriġ huwiex speċjalizzat jew le. |
50 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-risposta li għandha tingħata għat-tieni domanda hija li d-Direttiva 2005/36 għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix li s-suġġetti li jaqgħu taħt il-qasam mediku jifformaw parti minn taħriġ speċjalizzat fil-qasam tad-dentistrija. |
Fuq l-ispejjeż
51 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.