Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CB0498

    Kawża C-498/12: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas- 7 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Tivoli — l-Italja) — Antonella Pedone vs N (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Karta tad-Drittijet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Neċessità ta’ rabta mad-dritt tal-Unjoni — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

    ĠU C 108, 13.4.2013, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/13


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-7 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Tivoli — l-Italja) — Antonella Pedone vs N

    (Kawża C-498/12) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Karta tad-Drittijet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Neċessità ta’ rabta mad-dritt tal-Unjoni - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

    2013/C 108/26

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale di Tivoli

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Antonella Pedone

    Konvenuta: N

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Tivoli — Interpretazzjoni tal-Artikolu 47(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem, moqrija flimkien mal-Artikolu 6 TUE u l-Artikolu 52(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali — Għajnuna legali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li d-drittijiet tal-avukat jitnaqqsu bin-nofs meta l-klijent ikun ingħata l-għajnuna legali

    Dispożittiv

    Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mit-Tribunale di Tivoli (l-Italja).


    (1)  ĠU C 26, 26.01.2013.


    Top