Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CB0134

    Kawża C-134/12: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal- 10 ta’ Mejju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Constanța — Ir-Rumanija) — Ministerul Administrației și Internelor, Inspectoratul General al Poliției Române, Inspectoratul de Poliție al Județului Tulcea vs Corpul Național al Polițiștilor — Biroul Executiv Central (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali — Validità ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi tnaqqis fis-salarji għal numru ta’ kategoriji ta’ uffiċjali pubbliċi — Nuqqas ta’ implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

    ĠU C 303, 6.10.2012, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.10.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 303/9


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ Mejju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Constanța — Ir-Rumanija) — Ministerul Administrației și Internelor, Inspectoratul General al Poliției Române, Inspectoratul de Poliție al Județului Tulcea vs Corpul Național al Polițiștilor — Biroul Executiv Central

    (Kawża C-134/12) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali - Validità ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi tnaqqis fis-salarji għal numru ta’ kategoriji ta’ uffiċjali pubbliċi - Nuqqas ta’ implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

    2012/C 303/18

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Qorti tar-rinviju

    Curtea de Apel Constanța

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Ministerul Administrației și Internelor, Inspectoratul General al Poliției Române, Inspectoratul de Poliție al Județului Tulcea

    Konvenuta: Corpul Național al Polițiștilor — Biroul Executiv Central

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Curtea de Apel Constanța — Interpretazzjoni tal-Artikoli 17(1), 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Interpretazzjoni tal-Artikolu 15(3) tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali — Ammissibbiltà ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi tnaqqis fis-salarji għal numru ta’ kategoriji ta’ uffiċjali pubbliċi — Ksur tad-dritt tal-proprjetà u tal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni

    Dispożittiv

    Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tinsab manifestament f’nuqqas ta’ ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tat-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Constanța (Ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tat-8 ta’ Frar 2012.


    (1)  ĠU C 138, 12.5.2012


    Top