Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0404

Kawżi Magħquda C-404/12 P u C-405/12 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tat-13 ta’ Jannar 2015 – Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea vs Stichting Natuur en Milieu, Pesticide Action Network Europe (Appell – Regolament (KE) Nru 149/2008 – Regolament li jiffissa l-livelli massimi applikabbli għar-residwi ta’ pestiċidi – Talba għal eżami mill-ġdid intern ta’ dan ir-regolament, imressqa skont ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara t-talbiet inammissibbli – Miżura ta’ portata individwali – Konvenzjoni ta’ Aarhus – Validità tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 fid-dawl ta’ din il-konvenzjoni)

ĠU C 73, 2.3.2015, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tat-13 ta’ Jannar 2015 – Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea vs Stichting Natuur en Milieu, Pesticide Action Network Europe

(Kawżi Magħquda C-404/12 P u C-405/12 P) (1)

(Appell - Regolament (KE) Nru 149/2008 - Regolament li jiffissa l-livelli massimi applikabbli għar-residwi ta’ pestiċidi - Talba għal eżami mill-ġdid intern ta’ dan ir-regolament, imressqa skont ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara t-talbiet inammissibbli - Miżura ta’ portata individwali - Konvenzjoni ta’ Aarhus - Validità tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 fid-dawl ta’ din il-konvenzjoni)

(2015/C 073/03)

Lingwa tal-proċedura: l-Olandiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Moore u K. Michoel, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Keppenne, P. Oliver u S. Boelaert, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Stichting Natuur en Milieu, Pesticide Action Network Europe (rappreżentant: A. van den Biesen, avukat)

Parti intervenjenti in sostenn tal-appellanti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentant: D. Hadroušek, aġent)

Dispożittiv

1)

L-appell inċidentali huwa miċħud.

2)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea Stichting Natuur en Milieu u Pesticide Action Network Europe vs Il-Kummissjoni (T-338/08, EU:T:2012:300) hija annullata.

3)

Ir-rikors għal annullament ippreżentat minn Stichting Natuur en Milieu u Pesticide Action Network Europe quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea huwa miċħud.

4)

Stichting Natuur en Milieu u Pesticide Action Network Europe huma kkundannati in solidum għall-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-Kummissjoni Ewropea fl-ewwel istanza u fl-appelli.

5)

Ir-Repubblika Ċeka għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 9, 12.01.2013.


Top