Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0387

    Kawża C-387/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat- 3 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Hi Hotel HCF SARL vs Uwe Spoering (Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Ġurisdizzjoni internazzjonali f’materji ta’ delitt jew ta’ kważi-delitt — Att imwettaq fi Stat Membru li jikkonsisti fil-parteċipazzjoni f’att illeċitu mwettaq fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor — Determinazzjoni tal-post fejn seħħ il-fatt dannuż)

    ĠU C 159, 26.5.2014, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.5.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 159/4


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Hi Hotel HCF SARL vs Uwe Spoering

    (Kawża C-387/12) (1)

    ((Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Ġurisdizzjoni internazzjonali f’materji ta’ delitt jew ta’ kważi-delitt - Att imwettaq fi Stat Membru li jikkonsisti fil-parteċipazzjoni f’att illeċitu mwettaq fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor - Determinazzjoni tal-post fejn seħħ il-fatt dannuż))

    2014/C 159/05

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesgerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Hi Hotel HCF SARL

    Konvenut: Uwe Spoering

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari – Bundesgerichtshof – Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) – Ġurisdizzjoni internazzjonali fil-qasam ta’ delitt jew ta’ kważi-delitt – Att imwettaq fl-ewwel Stat Membru li jikkonsisti fl-assistenza għal att illeċitu mwettaq fit-territorju tat-tieni Stat Membru – Determinazzjoni tal-post fejn seħħ il-fatt dannuż

    Dispożittiv

    L-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ pluralità ta’ awturi preżunti ta’ dannu allegat għad-drittijiet ekonomiċi tal-awtur protetti fl-Istat Membru fejn tinsab il-qorti adita, din id-dispożizzjoni ma tippermettix li tiġi stabbilita, abbażi tal-post tal-avveniment kawżali ta’ dan id-dannu, il-ġurisdizzjoni ta’ qorti li fil-ġurisdizzjoni tagħha dak mill-awturi preżunti mfittex ma aġixxiex, iżda hija tippermetti li tiġi stabbilita l-ġurisdizzjoni ta’ din il-qorti skont il-post ta’ materjalizzazzjoni tad-dannu allegat bil-kundizzjoni li hemm riskju li dan id-dannu jimmaterjalizza ruħu fil-ġurisdizzjoni tal-qorti adita. F’dan l-aħħar każ, din il-qorti għandha ġurisdizzjoni unikament rigward id-dannu biss li ġie kkawżat fit-territorju tal-Istat Membru fejn hija tinsab.


    (1)  ĠU C 343 10.11.2012.


    Top