EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0287

Kawża C-287/12 P P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat- 13 ta’ Ġunju 2013 — Ryanair Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Taljana, Alitalia — Compagnia Aerea Italiana SpA (Appell — Għajnuna mill-Istat — Self mogħti mir-Repubblika Taljana lill-kumpannija tal-ajru Alitalia — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna illegali u inkompatibbli — Bejgħ tal-attiv tal-Alitalia — Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna fi tmiem il-fażi preliminari ta’ eżami — Rikors għal annullament — Locus standi — Parti interessata — Ammissibbiltà — Diffikultajiet serji — Kompetenza — Obbligu ta’ motivazzjoni)

ĠU C 225, 3.8.2013, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 225/36


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2013 — Ryanair Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Taljana, Alitalia — Compagnia Aerea Italiana SpA

(Kawża C-287/12 P P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Self mogħti mir-Repubblika Taljana lill-kumpannija tal-ajru Alitalia - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna illegali u inkompatibbli - Bejgħ tal-attiv tal-Alitalia - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna fi tmiem il-fażi preliminari ta’ eżami - Rikors għal annullament - Locus standi - Parti interessata - Ammissibbiltà - Diffikultajiet serji - Kompetenza - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2013/C 225/61

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Ryanair Ltd (rappreżentanti: E. Vahida, avukat, I.-G. Metaxas-Maragkidis, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u D. Grespan, aġenti), ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent u P. Gentili, avvocato dello Stato), Alitalia — Compagnia Aerea Italiana SpA (rappreżentant: G. Bellitti, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Marzu 2012, Ryanair Ltd vs Il-Kummissjoni (T-123/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal Kummissjoni C(2008) 6743, tat-12 ta’ Novembru 2008, dwar is-self ta’ EUR 300 miljun mogħti mill-Italja lill-kumpannija tal-ajru Alitalia [Għajnuna C-26/08 (ex NN 31/08)] (ĠU 2009, L 52, p. 3), sa fejn din ma tordnax l-irkupru tal-għajnuna mingħand is-suċċessuri tal-Alitalia, u kif ukoll, min-naħa l-oħra, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 6745 finali tat-12 ta’ Novembru 2008, li tiddikjara li l-proċedura għall-bejgħ tal-attiv tal-Alitalia fil-kuntest tal-proċedura ta’ amministrazzjoni straordinarja li twassal għal-istralċ tal-imsemmija kumpannija tal-ajru ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, sakemm l-awtoritajiet Taljani jissodisfaw l-impenji tagħhom li jiżguraw li t-tranżazzjonijiet ser isiru bi prezzijiet tas-suq (Għajnuna N 510/2008, ĠU C 46, p. 6)

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Ryanair Ltd hija kkundannata, minbarra għall-ispejjiż tagħha, għall-ispejjeż imġarrba mill-Kummissjoni Ewropea u minn Alitalia — Compagnia Aerea Italiana SpA.

(3)

Ir-Repubblika Taljana tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 303, 6.10.2012.


Top