EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0089

Kawża C-89/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal- 25 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Cassatie van België — il-Belġju) — Rose Marie Bark vs Galileo Joint Undertaking, li tinsab taħt likwidazzjoni (Impriżi konġunti — Kuntratti konklużi mal-membri tal-persunal — Kundizzjonijiet applikabbli — Regolament (KE) Nru 876/2002)

ĠU C 171, 15.6.2013, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Cassatie van België — il-Belġju) — Rose Marie Bark vs Galileo Joint Undertaking, li tinsab taħt likwidazzjoni

(Kawża C-89/12) (1)

(Impriżi konġunti - Kuntratti konklużi mal-membri tal-persunal - Kundizzjonijiet applikabbli - Regolament (KE) Nru 876/2002)

2013/C 171/15

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Cassatie van België

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Rose Marie Bark

Konvenuta: Galileo Joint Undertaking, li tinsab taħt likwidazzjoni

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hof van Cassatie van België — Interpretazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Istatuti tal-Impriża Konġunta Galileo li jinsabu fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 876/2002, tal-21 ta’Mejju 2002, li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Galileo (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 477) — Kuntratti għal żmien determinat konklużi mal-membri tal-persunal — Kuntratti li għandhom ikunu bbażati fuq il-“Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej” — Applikazzjoni obbligatorja tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal rigward il-kundizzjonijiet dwar ir-remunerazzjoni

Dispożittiv

L-Artikolu 11(2) tal-Istatuti tal-Impriża Konġunta Galileo, li jinsabu fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 876/2002, tal-21 ta’ Mejju 2002, li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Galileo, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1943/2006, tat-12 ta’ Diċembru 2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej u, b’mod partikolari, il-kundizzjonijiet dwar ir-remunerazzjoni li jinsabu fihom, ma japplikawx għall-membri tal-persunal ta’ Galileo li għandhom kuntratt għal żmien determinat.


(1)  ĠU C 133, 5.5.2012.


Top