EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0047

Kawża C-47/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 11 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Köln – il-Ġermanja) – Kronos International Inc. vs Finanzamt Leverkusen (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikoli 49 TFUE u 54 TFUE — Libertà ta’ stabbiliment — Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE — Moviment liberu tal-kapital — Leġiżlazzjoni fiskali — Taxxa fuq il-kumpanniji — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru intiża li tneħħi t-taxxa doppja fuq profitti mqassma — Metodu ta’ tpaċija applikat għad-dividendi mqassma minn kumpanniji residenti tal-istess Stat Membru bħall-kumpannija benefiċjarja — Metodu ta’ eżenzjoni applikat għad-dividendi mqassma minn kumpanniji residenti ta’ Stat Membru differenti minn dak tal-kumpannija benefiċjarja jew ta’ Stat terz — Differenza fit-trattament tat-telf tal-kumpannija benefiċjarja tad-dividendii)

ĠU C 409, 17.11.2014, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Köln – il-Ġermanja) – Kronos International Inc. vs Finanzamt Leverkusen

(Kawża C-47/12) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 49 TFUE u 54 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE - Moviment liberu tal-kapital - Leġiżlazzjoni fiskali - Taxxa fuq il-kumpanniji - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru intiża li tneħħi t-taxxa doppja fuq profitti mqassma - Metodu ta’ tpaċija applikat għad-dividendi mqassma minn kumpanniji residenti tal-istess Stat Membru bħall-kumpannija benefiċjarja - Metodu ta’ eżenzjoni applikat għad-dividendi mqassma minn kumpanniji residenti ta’ Stat Membru differenti minn dak tal-kumpannija benefiċjarja jew ta’ Stat terz - Differenza fit-trattament tat-telf tal-kumpannija benefiċjarja tad-dividendii))

2014/C 409/02

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kronos International Inc.

Konvenut: Finanzamt Leverkusen

Dispożittiv

1)

Il-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tgħid li kumpannija residenti ta’ Stat Membru ma tistax tpaċi t-taxxi fuq il-kumpanniji mħallsa fi Stat Membru ieħor jew fi Stat terz minn kumpanniji b’kapital azzjonarju li jqassmu dividendi, minħabba l-eżenzjoni mit-taxxa ta’ dawn id-dividendi fl-ewwel Stat Membru meta dawn jirriżultaw minn ishma li jirrappreżentaw tal-inqas 10 % tal-kapital tal-kumpannija li tqassam u li, f’dan il-każ, is-sehem effettiv tal-kumpannija b’kapital azzjonarju li tirċievi d-dividendi huwa ogħla minn 90 % u l-kumpannija benefiċjarja tkun inħolqot skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat terz, għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE.

2)

L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-applikazzjoni tal-metodu ta’ eżenzjoni għad-dividendi mqassma minn kumpanniji residenti ta’ Stati Membri oħra u ta’ Stati terzi, filwaqt li l-metodu ta’ tpaċija jiġi applikat għad-dividendi mqassma mill-kumpanniji residenti tal-istess Stat Membru bħall-kumpannija benefiċjarja u li, fl-ipoteżi fejn din il-kumpannija benefiċjarja tirreġistra telf, il-metodu ta’ tpaċija jwassal sabiex it-taxxa mħallsa mill-kumpannija li tqassam residenti tkun totalment jew parzjalment irrimborsata.


(1)  ĠU C 98, 31.03.2012.


Top