Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0024

    Kawżi magħquda C-24/12 u C-27/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 5 ta’ Ġunju 2014 (talbiet għal deċiżjoni preliminari ta’ Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – X BV (C-24/12), TBG Limited (C-27/12) vs Staatssecretaris van Financiën (Moviment liberu tal-kapital — Restrizzjonijiet — Ħlas ta’ dividendi minn Stat Membru lejn territorju extra-Ewropew tal-istess Stat — Kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni — Arranġamenti speċjali UE-PTEE

    ĠU C 253, 4.8.2014, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.8.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 253/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2014 (talbiet għal deċiżjoni preliminari ta’ Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – X BV (C-24/12), TBG Limited (C-27/12) vs Staatssecretaris van Financiën

    (Kawżi magħquda C-24/12 u C-27/12) (1)

    ((Moviment liberu tal-kapital - Restrizzjonijiet - Ħlas ta’ dividendi minn Stat Membru lejn territorju extra-Ewropew tal-istess Stat - Kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Arranġamenti speċjali UE-PTEE)

    2014/C 253/03

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Hoge Raad der Nederlanden

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: X BV (C-24/12), TBG Limited (C-27/12)

    Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari – Hoge Raad der Nederlanden – Interpretazzjoni tal-Artikoli 63 u 64 TFUE – Kamp ta’ applikazzjoni territorjali – Movimenti ta’ kapital minn Stat Membru lejn wieħed mit-territorji extra-Ewropej tiegħu – Territorju extra-Ewropew li għandu jew ma għandux jitqies bħala Stat terz

    Dispożittiv

    Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix miżura fiskali ta’ Stat Membru li tostakola, billi tfittex b’mod effettiv u proporzjonat l-għan li tiġġieled l-evażjoni fiskali, il-movimenti tal-kapital bejn dan l-Istat Membru u l-pajjiż u t-territorju extra-Ewropew tiegħu.


    (1)  ĠU C 98, 31.3.2012.


    Top