EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0012

Kawża C-12/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat- 18 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Colloseum Holding AG vs Levi Strauss & Co. (Trade marks — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 15(1) — Kunċett ta’ “użu ġenwin” — Trade mark użata biss bħala element ta’ trade mark kumplessa jew flimkien ma’ trade mark oħra)

ĠU C 164, 8.6.2013, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Colloseum Holding AG vs Levi Strauss & Co.

(Kawża C-12/12) (1)

(Trade marks - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 15(1) - Kunċett ta’ “użu ġenwin” - Trade mark użata biss bħala element ta’ trade mark kumplessa jew flimkien ma’ trade mark oħra)

2013/C 164/10

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Colloseum Holding AG

Konvenuta: Levi Strauss & Co.

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146) — Kunċett ta’ “użu tat-trade mark” — Rikonoxximent tal-eżistenza tal-użu ta’ trade mark li tagħmel parti minn trade mark kumplessa fil-każ ta’ użu ta’ din it-trade mark kumplessa — Rikonoxximent tal-eżistenza tal-użu ta’ trade mark fil-każ li din tintuża biss flimkien ma’ trade mark oħra, meta ż-żewġ trade marks jiġu rreġistrati kemm individwalment kif ukoll konġuntament bħala trade mark kumplessa

Dispożittiv

Il-kundizzjoni ta’ użu ġenwin ta’ trade mark, fis-sens tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja, tista’ tkun sodisfatta meta trade mark irreġistrata, li kisbet il-karattru distintiv tagħha wara l-użu ta’ trade mark oħra kumplessa, li tagħha hija tikkostitwixxi waħda mill-elementi, tintuża biss mill-intermedjarju ta’ din it-trade mark l-oħra kumplessa, jew meta din tintuża biss magħquda flimkien ma’ trade mark oħra, meta l-għaqda ta’ dawn iż-żewġ trade marks tkun, barra minn hekk, irreġistrata hi stess bħala trade mark.


(1)  ĠU C 89, 24.03.2012.


Top