This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TN0674
Case T-674/11: Action brought on 30 December 2011 — TV2/Danmark v Commission
Kawża T-674/11: Rikors ippreżentat fit- 30 ta’ Diċembru 2011 — TV2/Danmark vs Il-Kummissjoni
Kawża T-674/11: Rikors ippreżentat fit- 30 ta’ Diċembru 2011 — TV2/Danmark vs Il-Kummissjoni
ĠU C 80, 17.3.2012, p. 19–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 80/19 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2011 — TV2/Danmark vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-674/11)
2012/C 80/34
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Partijiet
Rikorrenti: TV2/Danmark (Odense, id-Danimarka) (rappreżentant: O. Koktvedgaard)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tiddikjara:
— |
prinċipalment: l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-20 ta’ April 2011, dwar il-miżuri implimentati mid-Danimarka (C-2/03) għal TV2/Danmark, sa fejn hija tikkonstata li l-miżuri investigati jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE (premessi 101 u 153 u l-ewwel paragrafu tal-konklużjoni tad-deċiżjoni). |
— |
sussidjarjament: l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-20 ta’ April 2011, dwar il-miżuri implimentati mid-Danimarka (C-2/2003) għal TV2/Danmark sa fejn tikkonkludi li:
|
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 107(1) TFUE, l-Artikolu 14 TFUE u l-Protokoll ta’ Amsterdam. Ir-rikorrenti ssostni:
— |
li r-rikorrenti ma rċevietx għajnuna mill-Istat, peress li l-miżuri investigati ma kinux ta’ benefiċċju għal TV2/Danmark fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE, iżda kienu biss kumpens għas-servizzi pubbliċi pprovduti minn TV2/Danmark. Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma applikatx il-kundizzjonijiet fis-sentenza Altmark skont l-ispirtu u l-għan tagħhom maħsub u kkonkludiet, b’mod żbaljat, li t-tieni u r-raba’ kundizzjonijiet tas-sentenza Altmark ma kinux ġew sodisfatti. |
— |
li l-allegata għajnuna lil TV2/Danmark fil-forma ta’ drittijiet tal-liċenzji u eżenzjonijiet mit-taxxa tal-kumpanniji ma kinitx għajnuna ġdida fis-sens tar-Regolament Nru 659/1999 (1), peress li dawn l-arranġamenti kienu saru qabel l-adeżjoni tad-Danimarka għall-Unjoni Ewropea; |
— |
li d-drittijiet tal-liċenzji li ġew trasferiti lejn ir-reġjuni permezz ta’ TV2/Danmark mill-1997 sal-2002 ma jistgħux ikunu kkwalifikati bħala għajnuna mill-Istat lil TV2/Danmark, peress li TV2/Danmark ma kinitx il-benefiċjarja effettiva ta’ dawn il-fondi, u |
— |
li l-fondi li ġew trasferiti minn TV2 Reklame A/S permezz tal-Fond TV2 lil TV2/Danmark li kienu ġejjin mill-bejgħ ta’ reklamar ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, peress li dawk kienu ħlas għax-xandir ta’ TV2/Danmark ta’ reklamar fuq in-netwerk tax-xandir ta’ TV2/Danmark. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-[Artikolu 108 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).