Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TN0629

    Kawża T-629/11: Rikors ippreżentat fil- 5 ta’ Diċembru 2011 — Biogas Nord Anlagenbau vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 49, 18.2.2012, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.2.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 49/28


    Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2011 — Biogas Nord Anlagenbau vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-629/11)

    2012/C 49/50

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Biogas Nord Anlagenbau GmbH (Bielefeld, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Birkemeyer, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla, skont l-Artikolu 264 TFUE, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 275, tas-26 ta’ Jannar 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat C-7/10 implimentata mill-Ġermanja [(“]Skema għar-riport ta’ telf ta’ taxxa fil-każ tar-ristrutturar ta’ kumpaniji f’diffikultà[”),] “Sanierungsklausel” [notifikata bid-dokument Nru C(2011) 275];

    tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

    (1)

    L-ewwel motiv ibbażat fuq l-osservanza tal-prinċipju ta’ kreditur privat

    Fil-kuntest tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti tallega li l-Artikolu 8c(1a) tal-Liġi Ġermaniża dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji (Körperschaftssteuergesetz, iktar ’il quddiem il-“KStG”) ma jikkostitwixxix għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE et seq minħabba li l-impriżi benefiċjarji jipprovdu korrispettiv ekwivalenti li jsostni l-paragaun mal-aġir ta’ kreditur privat li jopera f’ekonomija tas-suq.

    (2)

    It-tieni motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ selettività

    F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-Artikolu 8c(1a) tal-KStG ma jikkostitwixxix għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE et seq minħabba li din id-dispożizzjoni ma tipproduċix l-effett li tagħti vantaġġ selettiv.

    (3)

    It-tielet motiv ibbażat fuq l-aspettattivi leġittimi

    Fil-kuntest tat-tielet motiv, ir-rikorrenti tallega li l-kumpanniji li ħadu deċiżjonijiet rigward l-assi tagħhom qabel ma saru jafu bil-proċedura mibdija mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(2) TFUE għandhom id-dritt għall-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi tagħhom fil-konfront tad-deċiżjoni kkontestata.


    Top