Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TN0590

    Kawża T-590/11: Rikors ippreżentat fl- 14 ta’ Novembru 2011 — S & S Szlegiel Szlegiel i Wiśniewski vs UASI — Scotch & Soda (SODA)

    ĠU C 25, 28.1.2012, p. 61–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.1.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 25/61


    Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2011 — S & S Szlegiel Szlegiel i Wiśniewski vs UASI — Scotch & Soda (SODA)

    (Kawża T-590/11)

    (2012/C 25/117)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: S & S Piotr Szlegiel Jacek Szlegiel i Robert Wiśniewski sp. j. (Gorzów Wielkopolski, ir-Repubblika tal-Polonja) (rappreżentant: R. Sikorski, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Scotch & Soda BV (Hoofddorp, il-Pajjiżi l-Baxxi)

    Talbiet

    tannulla d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-25 ta’ Awwissu 2011, fil-Każ R 1570/2010-2;

    tiċħad l-oppożizzjoni Nru B1438250 fl-intier tagħha;

    tordna lill-konvenut jirreġistra t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni; u

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SODA”, għal prodotti fil-klassi 25 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 697085

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja Nru 3593498 tat-trade mark verbali “SCOTCH & SODA”, għal prodotti fil-klassi 25

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda fl-intier tagħha

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress illi l-Bord tal-Appell naqas milli: (i) jistabbilixxi li kien hemm biżżejjed differenzi viżivi, fonetiċi u kunċettwali bejn it-trade marks, b’mod partikolari fir-rigward tal-analiżi tiegħu tat-tifsiriet kunċettwali tat-trade marks; (ii) jidentifika b’mod xieraq u janalizza l-element dominanti tas-sinjali kkontestati; u (iii) jikkunsidra b’mod xieraq il-livell ta’ attenzjoni tal-konsumatur medju tal-kategorija ta’ prodotti kkonċernata.


    Top