Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TN0453

    Kawża T-453/11: Rikors ippreżentat fit- 8 ta’ Awissu 2011 — Szajner vs UASI — Forge de Laguiole (LAGUIOLE)

    ĠU C 298, 8.10.2011, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.10.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 298/26


    Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awissu 2011 — Szajner vs UASI — Forge de Laguiole (LAGUIOLE)

    (Kawża T-453/11)

    2011/C 298/49

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Gilbert Szajner (Saint-Maur-des-Fossés, Franza) (rappreżentanti: A. Lakits-Josse, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Forge de Laguiole SARL (Laguiole, Franza)

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tal-1 ta’ Ġunju 2011 sa fejn din tiddikjara l-invalidità tat-Trade mark Komunitarja Nru 2 468 379 fir-rigward tal-prodotti fil-klassijiet 8, 14, 16, 18, 20, 21, 28, 34 u 38 ikkonċernati mit-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità;

    tikkundanna lill-kumpannija Forge de Laguiole għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll għall-ispejjeż ta’ M. Szajner, inklużi l-ispejjeż ta’ rappreżentazzjoni.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “LAGUIOLE” għal prodotti u servizzi, fost l-oħrajn, fil-klassijiet 8, 14, 16, 18, 20, 21, 28, 34 u 38 — Rtade mark Komunitarja Nru 2 468 379.

    Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Forge de Laguiole SARL.

    Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tressqet abbażi tal-Artikolu 53(1)(c) u tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009, u hija bbażata fuq l-isem ta’ kumpannija ta’ Forge de Laguiole.

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda.

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni annullata parzjalment u Trade mark Komunitarja Nru 2 468 379 iddikjarata parzjalment invalida.

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009, sa fejn, minn naħa, il-Bord tal-Appell żbaljatament qies li l-isem ta’ kumpannija ta’ Forge de Laguiole ma kienx suġġett għal-prinċipju ta’ speċjalità u li l-isem seta’ jiġi protett fir-rigward ta’ attivitajiet li ma kinux fil-verità eżerċitati minn Forge de Laguiole u, min-naħa l-oħra, ma teżisti ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn l-isem ta’ kumpannija ta’ Forge de Laguiole, użat għal skieken, u t-trade mark “LAGUIOLE”, irregistrata għal prodotti li ma humiex relatati mal-industrija tas-skieken.


    Top