EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TN0364
Case T-364/11: Action brought on 12 July 2011 — Arla Foods v OHIM — Artax (Lactofree)
Kawża T-364/11: Rikors ippreżentat fit- 12 ta’ Lulju 2011 — Arla Foods vs UASI — Artax (Lactofree)
Kawża T-364/11: Rikors ippreżentat fit- 12 ta’ Lulju 2011 — Arla Foods vs UASI — Artax (Lactofree)
ĠU C 282, 24.9.2011, p. 26–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 282/26 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2011 — Arla Foods vs UASI — Artax (Lactofree)
(Kawża T-364/11)
2011/C 282/55
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Arla Foods AMBA (Viby J, id-Danimarka) (rappreżentant: J. Hansen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Artax Beteiligungs- und Vermögensverwaltungs AG (Linz, l-Awstrija)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-18 ta’ April 2011 fil-Każ R 1357/2009-2, u r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 4647533 tkun dikjarata invalida għal oġġetti fil-klassijiet 5, 29, 30 u 32 skont id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-11 ta’ Settembru 2009; u |
— |
tordna lill-konvenut u l-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell iħallsu l-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni, quddiem il-Bord tal-Appell u quddiem il-Qorti Ġenerali. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva “Lactofree”, għal prodotti fil-klassijiet 5, 29, 30 u 32 — reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 4647533
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: Il-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażat it-talba tagħha fuq l-Artikoli 53(1)(a) u 8(1) (b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, li kien ibbażat fuq reġistrazzjoni preċedenti tat-trade mark Komunitarja Nru 4532751 għat-trade mark figurattiva (bil-kulur) “lactofree”, għal prodotti fil-klassi 29
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Laqgħet il-kanċellazzjoni għal parti mill-prodotti
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Annulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u ċaħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 53(1)(a) u 8 (1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell wettaq żball fl-evalwazzjoni tiegħu tal-paragun tas-sinjali u għalhekk fl-evalwazzjoni ġenerali tiegħu fir-rigward tal-probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks figurattivi “lactofree” u “Lactofree”.