Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TB0596

    Kawża T-596/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 21 ta’ Jannar 2014 — Bricmate vs Il-Kunsill ( “Rikors għal annullament — Dumping — Importazzjoni ta’ madum taċ-ċeramika li joriġina miċ-Ċina — Dazju antidumping definittiv — Nuqqas ta’ interess individwali — Att leġiżlattiv li jinkludi miżuri ta’ implementazzjoni — Inammissibbiltà” )

    ĠU C 78, 15.3.2014, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.3.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 78/11


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2014 — Bricmate vs Il-Kunsill

    (Kawża T-596/11) (1)

    (Rikors għal annullament - Dumping - Importazzjoni ta’ madum taċ-ċeramika li joriġina miċ-Ċina - Dazju antidumping definittiv - Nuqqas ta’ interess individwali - Att leġiżlattiv li jinkludi miżuri ta’ implementazzjoni - Inammissibbiltà)

    2014/C 78/21

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Bricmate AB (Stokkolma, l-Isvezja) (rappreżentanti: C. Dackö, A. Willems u S. De Knop, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u B. Driessen, aġenti, assistiti inizjalment minn G. Berrisch u A. Polcyn, sussegwentement minn A. Polcyn, avukati)

    Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti M. França u A. Stobiecka-Kuik, aġenti); Cerame-Unie AISBL (Brussell, il-Belġju); Asociación Española de Fabricantes de Azulejos y Pavimentos Cerámicos (ASCER) (Castellón de la Plana, Spanja); Confindustria Ceramica (Sassuolo, l-Italja); Casalgrande Padana SpA (Casalgrande, l-Italja); u Etruria Design Srl (Modena, l-Italja) (rappreżentanti: V. Akritidis u Y. Melin, avukati)

    Suġġett

    Talba għal annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 917/2011, tat-12 ta’ Settembru 2011, li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 238, p. 1).

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    (2)

    Bricmate AB għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

    (3)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

    (4)

    Cerame Unie AISBL, Asociación Española de Fabricantes de Azulejos y Pavimentos Cerámicos (ASCER), Confindustria Ceramica, Casalgrande Padana SpA u Etruria Design Srl għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


    (1)  ĠU C 25, 28.01.2012.


    Top