Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TB0218

    Kawża T-218/11 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas- 27 ta’ Frar 2012 — Dagher vs Il-Kunsill ( “Proċeduri għal miżuri provviżorji — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire — Irtirar tal-lista tal-persuni kkonċernati — Talba għal miżuri provviżorji — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni” )

    ĠU C 109, 14.4.2012, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.4.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 109/12


    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2012 — Dagher vs Il-Kunsill

    (Kawża T-218/11 R)

    (Proċeduri għal miżuri provviżorji - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire - Irtirar tal-lista tal-persuni kkonċernati - Talba għal miżuri provviżorji - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

    2012/C 109/28

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Habib Roland Dagher (Abidjan, Côte d’Ivoire) (rappreżentanti: J.-Y. Dupeux u F. Dressen, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u E. Dumitriu-Segnana, aġenti)

    Suġġett

    L-ewwel nett, talba intiża biex il-Kunsill u r-Repubblika Taljana jingħataw l-ordni li joħorġu lir-rikorrent viża, it-tieni nett, talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 85/2011, tal-31 ta’ Jannar 2011, li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 560/2005, li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (ĠU L 28, p. 32) u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/71/PESK, tal-31 ta’ Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK, li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (ĠU L 28, p. 60), u t-tielet nett, talba għall-kumpens għad-danni allegatament miġruba mir-rikorrent.

    Dispożittiv

    (1)

    Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal miżuri provviżorji

    (2)

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    Top