Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0541

    Kawża T-541/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 26 ta’ Ġunju 2014 – Fundação Calouste Gulbenkian vs UASI – Gulbenkian (GULBENKIAN) “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GULBENKIAN — Trade mark nazzjonali magħrufa, isem kummerċjali u logos nazzjonali preċedenti Fundação Calouste Gulbenkian — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Prova tal-eżistenza ta’ drittijiet preċedenti — Artikolu 8(1)(b) u (4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 90(a) tar-Regoli tal-Proċedura”

    ĠU C 261, 11.8.2014, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.8.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 261/23


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2014 – Fundação Calouste Gulbenkian vs UASI – Gulbenkian (GULBENKIAN)

    (Kawża T-541/11) (1)

    (“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GULBENKIAN - Trade mark nazzjonali magħrufa, isem kummerċjali u logos nazzjonali preċedenti Fundação Calouste Gulbenkian - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Prova tal-eżistenza ta’ drittijiet preċedenti - Artikolu 8(1)(b) u (4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 90(a) tar-Regoli tal-Proċedura”)

    2014/C 261/45

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Fundação Calouste Gulbenkian (Liżbona, il-Portugall) (rappreżentanti: G. Marín Raigal, P. López Ronda u G. Macias Bonilla, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Micael Gulbenkian (Oeiras, il-Portugall) (rappreżentanti: J. Pimenta u A. Sebastião, avukati)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ Lulju 2011 (Każ R 1436/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn il-Fundação Calouste Gulbenkian u Micael Gulbenkian.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Il-Fundação Calouste Gulbenkian hija kkundannata għall-ispejjeż.

    3)

    Micael Gulbenkian huwa kkundannat jirrimborsa lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea s-somma ta’ EUR 1  807,48, skont l-Artikolu 90(a) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.


    (1)  ĠU C 362, 10.12.2011.


    Top