Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0383

    Kawża T-383/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 13 ta’ Settembru 2013 — Makhlouf vs Il-Kunsill ( “Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Restrizzjonijiet tad-dħul u l-passaġġ fit-territorju tal-Unjoni — Drittijiet tad-difiża — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Drittijiet fundamentali” )

    ĠU C 313, 26.10.2013, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.10.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 313/23


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 — Makhlouf vs Il-Kunsill

    (Kawża T-383/11) (1)

    (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Restrizzjonijiet tad-dħul u l-passaġġ fit-territorju tal-Unjoni - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Drittijiet fundamentali)

    2013/C 313/44

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Eyad Makhlouf (Damas, is-Sirja) (rappreżentanti: inizjalment P. Grollet u G. Karouni, sussegwentement G. Karouni u C. Rygaert, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Étienne u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, aġenti)

    Parti konvenuta in sostenn tal-parti rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u S. Pardo Quintillán, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/302/PESK, tat-23 ta’ Mejju 2011, li timplementa d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 136, p. 91), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u tħassar id-Deċiżjoni 2011/273/PESK (ĠU L 319, p. 56), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/739/PESK, tad-29 ta’ Novembru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/782 (ĠU L 330, p. 21) sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Eyad Makhlouf huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu u dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

    (3)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


    (1)  ĠU C 282, 24.09.2011.


    Top