Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0346

    Kawżi magħquda T-346/11 u T-347/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 17 ta’ Jannar 2013 — Gollnisch vs Il-Parlament ( “Privileġġi u immunitajiet — Membru tal-Parlament Ewropew — Deċiżjoni li titneħħa l-immunità — Attività mingħajr rabta mal-kariga ta’ deputat — Proċedura ta’ tneħħija tal-immunità — Deċiżjoni li l-privileġġi u l-immunitajiet ma jiġux difiżi — Tmiem tal-interess ġuridiku — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni” )

    ĠU C 63, 2.3.2013, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.3.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 63/18


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2013 — Gollnisch vs Il-Parlament

    (Kawżi magħquda T-346/11 u T-347/11) (1)

    (Privileġġi u immunitajiet - Membru tal-Parlament Ewropew - Deċiżjoni li titneħħa l-immunità - Attività mingħajr rabta mal-kariga ta’ deputat - Proċedura ta’ tneħħija tal-immunità - Deċiżjoni li l-privileġġi u l-immunitajiet ma jiġux difiżi - Tmiem tal-interess ġuridiku - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

    2013/C 63/36

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Bruno Gollnisch (Limonest, Franza) (rappreżentant: G. Dubois, avukat)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: R. Passos, D. Moore u K. Zejdová, aġenti)

    Suġġett

    Minn naħa, talba għall-annullament ta’ deċiżjoni li l-immunità tar-rikorrent titneħħa, adottata mill-Parlament fl-10 ta’ Mejju 2011, kif ukoll talba għal kumpens għad-danni subiti minnu f’din l-okkażjoni u, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament ta’ deċiżjoni li l-immunità tar-rikorrent ma tiġix difiża, adottata mill-Parlament fl-10 ta’ Mejju 2011, kif ukoll talba għal kumpens għad-danni subiti minnu f’din l-okkażjoni.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors għal annullament u r-rikors għad-danni fil-Kawża T-346/11 huma miċħuda.

    (2)

    Ma fadalx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors għal annullament fil-Kawża T-347/11.

    (3)

    Ir-rikors għad-danni fil-Kawża T-347/11 huwa miċħud.

    (4)

    Bruno Gollnisch huwa kkundannat għall-ispejjjeż, inklużi dawk relattivi għall-proċeduri għal miżuri provviżorji fil-Kawżi T-346/11 u T-347/11.


    (1)  ĠU C 252, 27.8.2011.


    Top