EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0054

Kawża T-54/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 15 ta’ Jannar 2013 — Spanja vs Il-Kummissjoni ( “FEŻR — Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja — Għajnuna għall-programm operattiv tal-objettiv Nru 1 (2000-2006), li jirrigwarda r-reġjun ta’ Andalucía (Spanja) — Artikolu 39(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 — Terminu ta’ tliet xhur — Direttiva 93/36/KEE — Proċedura nnegozjata mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt” )

ĠU C 55, 23.2.2013, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/10


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Jannar 2013 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-54/11) (1)

(FEŻR - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Għajnuna għall-programm operattiv tal-objettiv Nru 1 (2000-2006), li jirrigwarda r-reġjun ta’ Andalucía (Spanja) - Artikolu 39(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 - Terminu ta’ tliet xhur - Direttiva 93/36/KEE - Proċedura nnegozjata mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt)

2013/C 55/15

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment M. Muñoz Pérez, sussegwentement minn S. Martínez-Lage Sobredo, u fl-aħħar nett A. Rubio González u N. Díaz Abad, abogados del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Steiblytė u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 7700 finali, tas-16 ta’ Novembru 2010, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), inizjalment mogħtija għall-programm operattiv integrat “Andalucía”, li jaqa’ taħt l-objettiv 1 (2000-2006), sa fejn timponi korrezzjoni finanzjarja ta’ 100 % tal-ispejjeż iffinanzjati mill-FEŻR għall-kuntratti Nru 2075 u Nru 2120/2005.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 80, 12.03.2011.


Top