Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011FN0105

Kawża F-105/11: Rikors ippreżentat fis- 17 ta’ Ottubru 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

ĠU C 6, 7.1.2012, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/26


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ottubru 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-105/11)

2012/C 6/47

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF li tiċħad it-talba tar-rikorrent għal proroga tal-kuntratt tiegħu bħala membru tal-persunal temporanju fis-sens tal-Artikolu 2(b) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF tad-29 ta’ Ġunju 2011 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent indirizzat kontra ċ-ċaħda tat-talba tiegħu għal proroga tal-kuntratt tiegħu bħala membru tal-persunal temporanju fis-sens tal-Artikolu 2(b) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg;

sa fejn huwa meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni tal-25 ta’ Marzu 2011 tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF li tiċħad it-talba tar-rikorrent għal proroga tal-kuntratt tiegħu bħala membru tal-persunal temporanju

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


Top