EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011FN0068

Kawża F-68/11: Rikors ippreżentat fil- 15 ta’ Lulju 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

ĠU C 282, 24.9.2011, p. 52–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/52


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-68/11)

2011/C 282/98

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li temmet il-kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat tar-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità awtorizzata li tikkonkludi kuntratti tal-Kummissjoni (iktar ’il quddiem, l-AKTK) tat-30 ta’ Settembru 2010, li temmet il-kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat tagħha;

kif ukoll, u sa fejn ikun meħtieġ: tannulla d-deċiżjoni tal-AKTK tal-14 ta’ April 2011, li tiċħad l-ilment ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2010 skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


Top