This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011FN0061
Case F-61/11: Action brought on 27 May 2011 — ZZ v FRONTEX
Kawża F-61/11: Rikors ippreżentat fis- 27 ta’ Mejju 2011 — ZZ vs FRONTEX
Kawża F-61/11: Rikors ippreżentat fis- 27 ta’ Mejju 2011 — ZZ vs FRONTEX
ĠU C 226, 30.7.2011, p. 32–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/32 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2011 — ZZ vs FRONTEX
(Kawża F-61/11)
2011/C 226/63
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. A. Pappas, avukat)
Konvenuta: Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (FRONTEX)
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni li tiġi rrevokata deċiżjoni preċedenti għat-tiġdid tal-kuntratt ta’ impjieg tar-rikorrent u l-annullament ta’ ċerti partijiet mir-rapporti ta’ evalwazzjoni għall-perijodu minn Awwissu 2006 sa Diċembru 2009.
Talbiet tar-rikorrent
— |
jannulla d-deċiżjoni tal-24 ta’ Jannar 2011 kif ikkonfermata bil-posta elettronika tal-25 ta’ Jannar 2011, permezz tad-deċiżjoni tat-28 ta’ Marzu 2011 u permezz tal-ittra tal-4 ta’ Mejju 2011 tad-Direttur Eżekuttiv ta’ FRONTEX; |
— |
jannulla l-evalwazzjoni tal-2009 sa fejn din tinkludi l-osservazzjonijiet diverġenti tal-validatur tat-30 ta’ Ottubru 2009; |
— |
jannulla l-Formola A tar-Rapport Annwali ta’ Evalwazzjoni FRONTEX, tal-21 ta’ Ġunju 2010 sa fejn tinkludi l-osservazzjonijiet diverġenti tal-validatur tal-20 ta’ Ġunju 2010; |
— |
jikkundanna lil FRONTEX għall-ispejjeż. |