Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011FN0028

    Kawża F-28/11: Rikors ippreżentat fl- 14 ta’ Marzu 2011 — ZZ vs Il-Kunsill

    ĠU C 173, 11.6.2011, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.6.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 173/16


    Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2011 — ZZ vs Il-Kunsill

    (Kawża F-28/11)

    2011/C 173/34

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot u C. Bernard-Glanz, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

    L-annullament tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Awtorità tal-Ħatra tal-Kunsill irrifjutat li tippromovih fil-grad ta’ AD 12 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2010, kif stabbilit fin-Nota tal-Persunal 80/10 tas-26 ta’ April 2010.

    Talbiet tar-rikorrent

    Ir-rikorrent isostni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għandu:

    jitlob lill-Kunsill jipprovdi r-rapporti dwar l-eks uffiċjali A li ġew promossi għall-grad AD 12 li ġew ikkunsidrati taħt il-proċedura ta’ promozzjoni 2010, kif ukoll l-istatistiki dwar il-medja tal-evalwazzjoni analitika tal-uffiċjali li jirrapportaw l-ewwel li ntbagħtet lill-Kumitat Konsultattiv dwar il-Promozzjoni AD “Amministraturi”

    jannulla d-deċiżjoni kkontestata u, sa fejn meħtieġ, id-deċiżjoni li ċaħdet l-ilment;

    jikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.


    Top