Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011FB0119

    Kawża F-119/11: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tal- 4 ta’ Ġunju 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Artikolu 34(1) tar-Regoli tal-Proċedura — Rikors ippreżentat permezz ta’ faks fit-terminu tar-rikors u ffirmat permezz ta’ timbru jew metodu ieħor ta’ riproduzzjoni tal-firma tal-avukat — Tardività tar-rikors)

    ĠU C 252, 31.8.2013, p. 49–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 252, 31.8.2013, p. 31–31 (HR)

    31.8.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 252/49


    Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tal-4 ta’ Ġunju 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-119/11) (1)

    (Servizz pubbliku - Artikolu 34(1) tar-Regoli tal-Proċedura - Rikors ippreżentat permezz ta’ faks fit-terminu tar-rikors u ffirmat permezz ta’ timbru jew metodu ieħor ta’ riproduzzjoni tal-firma tal-avukat - Tardività tar-rikors)

    2013/C 252/89

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u J. Baquero Cruz, bħala aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

    Suġġett tal-kawża

    Annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent li għandha bħala suġġett, minn naħa, il-kumpens għad-danni allegatament subiti minħabba l-fatt li membri tal-persunal tal-Kummissjoni daħlu fir-residenza pprovduta lilu minn min kien jimpjegah f’Luanda fl-14, fis-16 u fid-19 ta’ Marzu 2002, u, min-naħa l-oħra, it-trażmissjoni tal-kopji tar-ritratti meħuda f’dik l-okkażjoni u l-qerda tad-dokumentazzjoni kollha relatata ma’ dan l-avveniment.

    Dispożittiv tad-digriet

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud, parzjalment, bħala manifestament inammissibbli u, parzjalment, bħala manifestament infondat.

    (2)

    L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 25, 28.1.2012, p. 71.


    Top