Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011FB0023

    Kawża F-23/11: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat- 8 ta’ Frar 2012 — AY vs Il-Kunsill (Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Proċedura ta’ promozzjoni 2010 — Eżami komparattiv tal-merti — Nuqqas milli jittieħed inkunsiderazzjoni t-taħriġ ulterjuri u ċ-ċertifikazzjoni — Żball ta’ liġi)

    ĠU C 126, 28.4.2012, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.4.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 126/26


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Frar 2012 — AY vs Il-Kunsill

    (Kawża F-23/11) (1)

    (Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2010 - Eżami komparattiv tal-merti - Nuqqas milli jittieħed inkunsiderazzjoni t-taħriġ ulterjuri u ċ-ċertifikazzjoni - Żball ta’ liġi)

    2012/C 126/49

    Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: AY (Bousval, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn É. Boigelot u S. Woog, sussegwentement minn É. Boigelot, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u J. Herrmann, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li ma jinkludix lir-rikorrent fil-lista ta’ uffiċjali promossi għall-grad AST 9 skont il-proċedura ta’ promozzjoni 2010 u l-.kumpens għad-dannu morali subit.

    Dispożittiv

    (1)

    Id-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrifjuta li jippromwovi lil AY għall-grad ta’ AST 9 skont il-proċedura ta’ promozzjoni 2010 hija annullata.

    (2)

    Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet magħmula sussidjarjament minn AY.

    (3)

    Il-kumplament tat-talbiet tar-rikors ta’ AY huma miċħuda.

    (4)

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha kemm huma.


    (1)  ĠU C 226, 30.07.2011, p.31.


    Top