Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011FA0063

    Kawża F-63/11: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat- 13 ta’ Ġunju 2012 — Macchia vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat — Setgħa diskrezzjonali tal-amministrazzjoni — Dmir ta’ premura — Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg — Artikolu 4 tad-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF, tat- 30 ta’ Ġunju 2005 , dwar il-politika ġdida fil-qasam tar-reklutaġġ u l-impjieg tal-persunal temporanju tal-OLAF — Żmien massimu tal-kuntratti ta’ membru tal-persunal temporanju)

    ĠU C 227, 28.7.2012, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 227/36


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2012 — Macchia vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-63/11) (1)

    (Servizz Pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat - Setgħa diskrezzjonali tal-amministrazzjoni - Dmir ta’ premura - Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Artikolu 4 tad-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF, tat-30 ta’ Ġunju 2005, dwar il-politika ġdida fil-qasam tar-reklutaġġ u l-impjieg tal-persunal temporanju tal-OLAF - Żmien massimu tal-kuntratti ta’ membru tal-persunal temporanju)

    2012/C 227/60

    Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Luigi Macchia (Woluwé-Saint-Lambert, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rogrigues, A. Blot u C. Bernard-Glanz, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita li ma jiġġeddidx il-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju tar-rikorrent.

    Dispożittiv

    (1)

    Id-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali li qed jaġixxi bħala l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), tat-12 ta’ Awwissu 2010, li tiċħad it-talba biex jiġi estiż il-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju ta’ Luigi Macchia, hija annullata.

    (2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.


    (1)  ĠU C 226, 30.7.2011, p. 32.


    Top