Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011FA0057

    Kawża F-57/11: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat- 23 ta’ Ottubru 2012 — Eklund vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Reklutaġġ — Kompetizzjoni ġenerali — Inklużjoni fil-lista ta’ riżerva — Offerta ta’ xogħol proposta lil persuna inkluża fuq lista ta’ riżerva — Kundizzjonijiet għall-ammissjoni — Esperjenza professjonali miksuba wara d-diploma — Kompetenza rispettiva tal-Bord tal-Għażla u tal-Awtorità tal-Ħatra — Aċċettazzjoni tal-offerta ta’ xogħol — Irtirar tal-offerta ta’ xogħol)

    ĠU C 46, 16.2.2013, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.2.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 46/29


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2012 — Eklund vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-57/11) (1)

    (Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Kompetizzjoni ġenerali - Inklużjoni fil-lista ta’ riżerva - Offerta ta’ xogħol proposta lil persuna inkluża fuq lista ta’ riżerva - Kundizzjonijiet għall-ammissjoni - Esperjenza professjonali miksuba wara d-diploma - Kompetenza rispettiva tal-Bord tal-Għażla u tal-Awtorità tal-Ħatra - Aċċettazzjoni tal-offerta ta’ xogħol - Irtirar tal-offerta ta’ xogħol)

    2013/C 46/56

    Lingwa tal-kawża: It-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: Gustav Eklund (Taino, l-Italja) (rappreżentanti: B. Cortese u C. Cortese, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Eggers, A. Aresu u P. Pecho, aġenti, sussegwentement B. Eggers u G. Gattinara, aġenti, A. Dal Ferro, avukat)

    Suġġett

    Servizz pubbliku — It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tirrikonoxxix l-effett tal-aċċettazzjoni, mir-rikorrent, tal-offerta ta’ pożizzjoni ta’ uffiċjal bi prova (assistent) fiċ Ċentru Komuni ta’ Riċerka bħala assistent tekniku, u li tirtira din l offerta kif ukoll talba għal kumpens għad-danni u l-interessi.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    G. Eklund għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż inkorsi mill-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 211, 16.07.2011, p. 33.


    Top