EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CO0334

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tad-29 ta' Marzu 2012.
Lancôme parfums et beauté & Cie vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
Appell - Trade mark Komunitarja - Trade mark verbali ACNO FOCUS - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark verbali nazzjonali FOCUS - Rifjut ta' reġistrazzjoni - Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Trade mark preċedenti li ilha rreġistrata għal tal-inqas ħames snin.
Kawża C-334/11 P.

Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2012:198





Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012 — Lancôme vs UASI

(Kawża C-334/11 P)

“Appell — Trade mark Komunitarja — Trade mark verbali ACNO FACUS — Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark verbali nazzjonali FOCUS — Rifjut ta’ reġistrazzjoni — Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 — Trade mark preċedenti li ilha rreġistrata għal tal-inqas ħames snin”

Trade mark Komunitarja — Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni — Eżami tal-oppożizzjoni — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Bidu tad-dekorrenza tat-terminu ta’ ħames snin — Data ta’ reġistrazzjoni tat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 43(2) u (3); Direttiva tal-Kunsill 89/104, Artikolu 10(1)) (ara l-punti 47, 48)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla), tal-14 ta’ April 2011 — Lancôme vs UASI (T‑466/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-applikant għat-trade mark verbali “ACNO FOCUS”, għal prodotti fil-klassi 3, kontra d-Deċiżjoni R 1796/2007‑1 tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tad-29 ta’ Lulju 2008, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tal-imsemmija trade mark fil-kuntest tal-oppożizzjoni mressqa mill-proprjetarju tat-trade mark verbal nazzjonali “FOCUS”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 6, 7, 8, 9, 14, 15, 16, 18, 20, 21, 24, 25, 26, 28, 29, 30, 33, 34, 36, 38, 39, 41 u 42 — Interpretazzjoni u applikazzjoni tal-Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009) — Kunċett ta’ użu ġenwin minn trade mark.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Lancôme parfums et beauté & Cie hija kkundannata għall-ispejjeż.

Top