EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CO0198

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tal-11 ta' Mejju 2012.
Lan Airlines SA vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
Appell - Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Trade mark Komunitarja verbali LINEAS AEREAS DEL MEDITERRÁNEO LAM - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks Komunitarji verbali u figurattiva preċedenti LAN - Ċaħda tal-oppożizzjoni - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Appell manifestament inammissibbli.
Kawża C-198/11 P.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2012:289





Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-11 ta’ Mejju 2012 —
LAN Airlines vs UASI

(Kawża C‑198/11 P)

“Appell — Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b) — Trade mark Komunitarja verbali LÍNEAS AÉREAS DEL MEDITERRÁNEO LAM — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni — Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks Komunitarji verbali u figurattiva preċedenti LAN — Ċaħda tal-oppożizzjoni — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Appell manifestament inammissibbli”

Appell — Aggravji — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti — Inammissibbiltà — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti sottomessi lill-Qorti Ġenerali — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 33)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla), tat-8 ta’ Frar 2011, Lan Airlines vs UASI — Air Nostrum (Líneas Aéreas del Mediterráneo) (T‑194/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Frar 2009 (Każ R 107/2008‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Lan Airlines, SA u Air Nostrum, Líneas Aéreas del Mediterráneo, SA

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

LAN Airlines SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

Top