Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0571

    Kawża C-571/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Comercial Cluj (ir-Rumanija) fl- 14 ta’ Novembru 2011 — SC Volksbank România SA vs Andreia Câmpan u Ioan Dan Câmpan

    ĠU C 25, 28.1.2012, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.1.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 25/35


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Comercial Cluj (ir-Rumanija) fl-14 ta’ Novembru 2011 — SC Volksbank România SA vs Andreia Câmpan u Ioan Dan Câmpan

    (Kawża C-571/11)

    (2012/C 25/68)

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Comercial Cluj

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: SC Volksbank România SA

    Konvenuti: Andreia Câmpan u Ioan Dan Câmpan

    Domanda preliminari

    “Peress li, skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13/KEE (1), l-evalwazzjoni tan-natura abbużiva tal-klawżoli ma tirrigwarda la d-definizzjoni tas-suġġett prinċipali tal-kuntratt u lanqas l-adegwatezza bejn il-prezz u r-remunerazzjoni, minn naħa, u s-servizzi jew il-prodotti pprovduti inkambju, min-naħa l-oħra, sakemm dawn il-klawżoli jkunu fformulati b’mod ċar u li jinftiehem;

    u

    peress li, b’mod konformi mal-Artikolu 2[2](a) tad-Direttiva 2008/48/KE (2), id-definizzjoni li l-Artikolu 3(g) ta’ din l-istess direttiva tagħti lill-kunċett tal-ispiża totali tal-kreditu lill-konsumatur, li jinkludi l-kummissjonijiet kollha li l-konsumatur għandu jħallas għall-ftehim ta’ kreditu ta’ konsum, ma huwiex applikabbli għad-determinazzjoni tas-suġġett ta’ ftehim ta’ kreditu ggarantit b’ipoteka,

    għalhekk

    il-kunċetti ta ‘suġġett’ u/jew ta’ ‘prezz’ fis-sens tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13/KEE jistgħu jiġu interpretati fis-sens li kummissjoni (imsejħa ‘kummissjoni għal riskju’ mill-partijiet fil-ftehim ta’ kreditu ggarantit b’ipoteka u kkalkulat bil-formula li ġejja: 0,22 % applikat fuq il-bilanċ tal-kreditu, dovut kull xahar fid-data ta’ skadenza, matul il-perijodu kollu ta’ validità tal-ftehim ta’ kreditu) tagħmel parti mis-‘suġġett’ u/jew il-‘prezz’ ta’ ftehim ta’ kreditu ggarantit b’ipoteka?”


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).

    (2)  Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, p. 66).


    Top