Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0538

    Kawża C-538/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Salzburg (l-Awstrija) fil- 21 ta’ Ottubru 2011 — Hermine Sax vs Pensionsversicherungsanstalt Landesstelle Salzburg

    ĠU C 25, 28.1.2012, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.1.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 25/30


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Salzburg (l-Awstrija) fil-21 ta’ Ottubru 2011 — Hermine Sax vs Pensionsversicherungsanstalt Landesstelle Salzburg

    (Kawża C-538/11)

    (2012/C 25/52)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landesgericht Salzburg

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Hermine Sax

    Konvenuta: Pensionsversicherungsanstalt Landesstelle Salzburg

    Domandi preliminari

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004, b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu u t-Titolu III, Kapitolu 1 tiegħu (Benefiċċji marbutin mal-mard), u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 għandhom jiġu interpretati fis-sens li persuna li teħtieġ kuri u li tirċievi pensjoni ta’ rtirar Awstrijaka tista’ titlob il-ħlas ta’ allowance għal dipendenza minn kura taħt il-Bundespflegegeldgesetz (Liġi Federali dwar l-allowance għal dipendenza minn kura, BPGG) bħala allowance tal-mard minkejja li għandha r-residenza prinċipali tagħha fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja meta hija tissodisfa l-kundizzjonijiet l-oħra ta’ għoti previsti mill-BPGG, b’mod li dawn ir-regolamenti jipprekludu l-applikazzjoni tal-Artikolu 3 ta’ din il-Bundespflegegeldgesetz?

    (2)

    F’każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda 1:

    Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004, b’mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu, l-Artikolu 11(3)(e) tiegħu, l-Artikoli 21, 29 u34 tiegħu u t-Titolu III, Kapitolu 1 tiegħu (Benefiċċji marbutin mal-mard), u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 għandhom jiġu interpretati fis-sens li persuna li teħtieġ kuri u li tirċievi pensjoni ta’ rtirar doppja, jiġifieri pensjoni Awstrijaka u pensjoni Ġermaniża, tista’ titlob il-ħlas ta’ allowance għal dipendenza minn kura taħt il-Bundespflegegeldgesetz (BPGG) bħala allowance tal-mard minkejja li għandha r-residenza prinċipali tagħhha fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja meta hija tissodisfa l-kundizzjonijiet l-oħra ta’ għoti previsti mill-BPGG, b’mod li dawn ir-regolamenti jipprekludu l-applikazzjoni tal-Artikolu 3 ta’ dan il-Bundespflegegeldgesetz?

    (3)

    F’każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda 2:

    Kif għandu jiġi interpretat ir-Regolament (KE) Nru 883/2004, b’mod partikolari l-Artikoli 10 u 34 tiegħu kif ukoll l-Artikolu 31 tiegħu, u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 f’każ ta’ benefiċċji paralleli u ta’ tpaċija tal-iskema ta’ kopertura tar-riskju ta’ dipendenza minn kura, jiġifieri, fil-każ preżenti, f’każ ta’ dritt għal benefiċċju maqgħqud ta’ dipendenza minn kura Ġermaniz (għażla bejn benefiċċju in natura u benefiċċju fi flus) u ta’ dritt għal allowance għal dipendenza minn kura Awstrijaka; konkretement:

    3.1.

    Jeħtieġ li jkun hemm tpaċija fuq l-allowance għal dipendenza minn kura Awstrijaka prevista mill-Bundespflegegeldgesetz (BPGG) li għandha tiġi esportata biss mal-allowance fi flus mogħtija mill-Istat ta’ residenza, jiġifieri l-Ġermanja, jew għandha ssir tpaċija biss mal-benefiċċju ta’ kura in natura jew għandha ssir tpaċija mal-benefiċċju ta’ kuri kollu (jiġifieri l-ammont totali li jirriżulta mis-somma tal-allowance għal dipendenza minn kura u mill-valur tal-benefiċċju tal-kura in natura), u sabiex isir dan, jeħtieġ li tkun ibbażata fuq il-livelli tal-prezz rispettivi tal-Istati Membri kkonċernati?

    3.2.

    Sabiex isseħħ din it-tpaċija, huwa meħtieġ li jiġi vverifikat li l-benefiċċji tal-kuri ggarantiti mill-Istat ta’ residenza jkunu identiċi jew huwa l-każ li ma għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni benefiċċji tal-kuri li s-sistema ta’ kopertura tar-riskju minn dipendenza għal kura tal-Istat Membru ta’ residenza tipprovdi favur ir-residenti tiegħu biss?

    3.3.

    Is-Sozialgericht li quddiemha tressqet il-kawża mill-persuna li teħtieġ il-kuri, għandha tiżgura li l-kundizzjonijiet sostantivi ta’ tpaċija huma ssodisfatti meta l-istituzzjoni konvenuta ma ressqitx proċedura prevista fl-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009, ma ressqet l-ebda argument rigward il-kwistjoni tal-ekwivalenza tal-benefiċċji u ma tkun ipprovdiet lill-persuna li teħtieġ il-kuri ebda informazzjoni li tirrigwarda l-projbizzjoni tal-benefiċċji paralleli?


    Top