Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0389

    Kawża C-389/11 P: Appell ippreżentat fit- 22 ta’ Lulju 2011 mir-Région Nord-Pas-de-Calais kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat- 12 ta’ Mejju 2011 fil-Kawżi magħquda T-267/08 u T-279/08, Région Nord-Pas-de-Calais u Communauté d’Agglomération du Douaisis vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 290, 1.10.2011, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.10.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 290/4


    Appell ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2011 mir-Région Nord-Pas-de-Calais kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Mejju 2011 fil-Kawżi magħquda T-267/08 u T-279/08, Région Nord-Pas-de-Calais u Communauté d’Agglomération du Douaisis vs Il-Kummissjoni

    (Kawża C-389/11 P)

    2011/C 290/06

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Appellanti: Région Nord-Pas-de-Calais (rappreżentanti: M. Cliquennois u F. Cavedon, avukati)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Communauté d’Agglomération du Douaisis, Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tal-appellanti

    tannulla s-sentenza mogħtija fit-12 ta’ Mejju 2011 mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-kawżi magħquda T-267/08 u T-279/08;

    tilqa’ t-talbiet ippreżentati fl-ewwel istanza mir-Région Nord-Pas-de-Calais

    tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    L-appellanti tinvoka żewġ aggravji insostenn tal-appell tagħha.

    Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, ir-Région Nord-Pas-de-Calais tikkritika lill-Qorti Ġenerali talli rrifjutat milli teżamina l-ilmenti espressi kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 1089 finali, tat-2 ta’ April 2008, irtirata u ssostitwita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4112 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, fejn iż-żewġ deċiżjonijiet jikkonċernaw l-istess għajnuna mill-Istat, C 38/2007 (ex NN 45/2007). Fil-fatt, skont l-appellanti, id-deċiżjoni l-ġdida fil-verità twieġeb għas-sottomissjonijiet bil-miktub li hija kienet ippreżentat fil-kuntest tar-rikors inizjali tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali, mingħajr ma tista’ tinstema’ fil-kuntest ta’ proċedura amministrattiva minn qabel ġdida.

    Permezz tat-tieni aggravju tagħha, l-appellanti tinvoka l-ksur tad-drittijiet tad-difiża u tal-prinċipju ta’ kontradittorju fil-kuntest tal-proċedura amministrattiva peress li l-Kummissjoni adottat deċiżjoni ġdida billi evitat l-obbligu li tosserva l-formalitajiet sostanzjali inerenti għal din l-adozzjoni. Fil-fatt, hija biddlet l-analiżi tagħha dwar in-natura tal-miżura tal-Istat inkwistjoni u rrevediet il-metodu ta’ kalkolu tar-rati ta’ referenza applikabbli fil-mument tal-għoti tal-għajnuna mill-Istat mogħtija favur Arbel Fauvet Rail SA.


    Top