Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0380

    Kawża C-380/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif (il-Lussemburgu) fit- 18 ta’ Lulju 2011 — DI. VI. Finanziaria SAPA di Diego della Valle & C vs Administration des contributions directes

    ĠU C 298, 8.10.2011, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.10.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 298/12


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif (il-Lussemburgu) fit-18 ta’ Lulju 2011 — DI. VI. Finanziaria SAPA di Diego della Valle & C vs Administration des contributions directes

    (Kawża C-380/11)

    2011/C 298/23

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal administratif

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: DI. VI. Finanziaria SAPA di Diego della Valle & C

    Konvenuta: Administration des contributions directes

    Domandi preliminari

    L-Artikolu 49 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni, bħal dik irregolata bil-paragrafu 8a tal-Liġi emendata tas-16 ta’ Ottubru 1934 dwar it-taxxa fuq il-kapital, li fl-ewwel paragrafu tagħha, tissuġġetta l-għoti tat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-kapital għal kundizzjoni li l-persuna kkonċernata tibqa’ suġġetta għat-taxxa fuq il-kapital fil-Lussemburgu matul il-ħames snin taxxabbli sussegwenti?


    Top