Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0344

    Kawża C-344/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif de Montreuil (Franza) fl- 4 ta’ Lulju 2011 — International Values Series of the DFA Investment Trust Co. vs Ministre du budget, des comptes publics, de la fonction publique et de la réforme de l'État

    ĠU C 269, 10.9.2011, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 269/35


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif de Montreuil (Franza) fl-4 ta’ Lulju 2011 — International Values Series of the DFA Investment Trust Co. vs Ministre du budget, des comptes publics, de la fonction publique et de la réforme de l'État

    (Kawża C-344/11)

    2011/C 269/70

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal administratif de Montreuil

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: International Values Series of the DFA Investment Trust Co.

    Konvenut: Ministre du budget, des comptes publics, de la fonction publique et de la réforme de l’État

    Domandi preliminari

    (1)

    Is-sitwazzjoni tad-detenturi ta’ ishma għandha tittieħed inkunsiderazzjoni, flimkien ma’ dik tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS)?

    (2)

    F’tali ipoteżi, liema huma l-kundizzjonijiet fejn it-taxxa f’ras il-għajn inkwistjoni tista’ tiġi kkunsidrata li hija konformi mal-prinċipju tal-moviment liberu tal-kapital?


    Top