Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0132

    Kawża C-132/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Innsbruck (l-Awstrija) fit- 18 ta’ Marzu 2011 — Tyrolean Airways Tiroler Luftfahrt Gesellschaft mbH vs Betriebsrat Bord der Tyrolean Airways Tiroler Luftfahrt Gesellschaft mbH

    ĠU C 186, 25.6.2011, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.6.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 186/11


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Innsbruck (l-Awstrija) fit-18 ta’ Marzu 2011 — Tyrolean Airways Tiroler Luftfahrt Gesellschaft mbH vs Betriebsrat Bord der Tyrolean Airways Tiroler Luftfahrt Gesellschaft mbH

    (Kawża C-132/11)

    2011/C 186/19

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Oberlandesgerischt Innsbruck

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Tyrolean Airways Tiroler Luftfahrt Gesellschaft mbH

    Konvenuti: Betriebsrat Bord der Tyrolean Airways Tiroler Luftfahrt Gesellschaft mbH

    Domandi preliminari

    (1)

    Id-dritt tal-Unjoni, skont kif attwalment fis-seħħ, u, b’mod partikolari, l-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (flimkien mal-Artikolu 6(1) TUE), il-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni (Artikolu 6(3) TUE) ta’ projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età u l-Artikoli 1, 2, u 6 tad-Direttiva 2000/78/KE (1), jipprekludi li dispożizzjoni nazzjonali ta’ ftehim kollettiv li tiddiskrimina indirettament l-ixjeħ ħaddiema billi tieħu biss inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni fil-kategoriji ta’ impjieg previsti mill-ftehim kollettiv u, konsegwentement, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ammont tas-salarju, il-kompetenzi u l-għarfien li kisbu bħala membri tal-ekwipaġġ ta’ kumpannija tal-ajru partikolari, bl-esklużjoni ta’ kompetenzi u għarfien sostanzjalment identiċi li dawn l-istess persuni kisbu mingħand kumpannija tal-ajru oħra li tappartjeni mal-istess grupp ta’ impriżi? Din il-konstatazzjoni tapplika wkoll, skont il-każ, għall-kuntratti ta’ xogħol li ġew konklużi qabel l-1 ta’ Diċembru 2009?

    (2)

    Qorti nazzjonali tista’, b’analoġija mal-kawża Rieser Internationale Transporte (2) u mas-soluzzjoni li ngħatat mill-ġurisprudenza fir-rigward ta’ ftehim antikompetittiv fil-kawża Béguelin Import (3), tqis klawżola ta’ kuntratt individwali li tikser indirettament l-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, il-prinċipju fundamentali tad-dritt tal-Unjoni ta’ projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età u/jew l-Artikoli 1, 2, u 6 tad-Direttiva 2000/78/KE bħala li hija parzjalment nulla minħabba l-effett orizzontali dirett tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni u ma tapplikax tali klawżola?


    (1)  Direttiva tal Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).

    (2)  Sentenza tal-5 ta’ Frar 2004, fil-Kawża C-157/02 (Ġabra p. I-1477).

    (3)  Sentenza tal-25 ta’ Novembru 1971, fil-Kawża 22/71 (Ġabra p. 949).


    Top