EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CN0069
Case C-69/11: Reference for a preliminary ruling from the Rechtbank van eerste aanleg te Brugge (Belgium), lodged on 16 February 2011 — Connoisseur Belgium BVBA v Belgische Staat
Kawża C-69/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brugge (il-Belġju) fis- 16 ta’ Frar 2011 — Connoisseur Belgium BVBA vs Belgische Staat
Kawża C-69/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brugge (il-Belġju) fis- 16 ta’ Frar 2011 — Connoisseur Belgium BVBA vs Belgische Staat
ĠU C 145, 14.5.2011, p. 8–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 145/8 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brugge (il-Belġju) fis-16 ta’ Frar 2011 — Connoisseur Belgium BVBA vs Belgische Staat
(Kawża C-69/11)
2011/C 145/11
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van eerste aanleg te Brugge
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Connoisseur Belgium BVBA
Konvenut: Belgische Staat
Domanda preliminari
L-Artikolu 26 tal-kodiċi tal-VAT jikser l-Artikolu 11 A(1)(a) tas-Sitt Direttiva tal-VAT (1), li issa huwa inkluż fl-Artikolu 73 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (2), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, u l-prinċipju ta’ newtralità tal-VAT, jekk din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li l-VAT hija dovuta fuq spejjeż jew ammonti li jistgħu kuntrattwalment jiġu allokati lill-kontroparti, li madankollu ma humiex hekk allokati?
(1) Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23.
(2) ĠU L 34, p. 1.